Tacos mimlija bil-merluzz u ħaxix
Kultant ma nkunux nafu x’ se nsajjru. Issib min igerger li waħda mill-affarijiet diffiċli fit-tisjir, speċjalment għal dik il-persuna li ssajjar id-dar kuljum, mhux it-tisjir innifsu, imma sakemm taħseb x’se ssajjar. Mhux l-ewwel darba li tisma’ min jgħid li dejjem nieklu l-istess ikel.
F’din ir-riċetta, nistgħu naraw illi minkejja li l-bażi tagħha huwa wieħed li nieklu spiss (ħut u ħaxix), il-mod kif tissajjar huwa ftit differenti, u għalhekk toffri xi ħaġa mhux tas-soltu
Filmat tar-riċetta hawn
Ingredjenti
Nofs kuċċarina trab ta’ chilli – Lamb Brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina kemmun mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina trab tat-tewm – Lamb Brand & Loaded Pantry
Nofs kuċċarina basal mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
250 gramma merluzz – Catania Fisheries
Kuċċarina melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kaboċċa ħamra mqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
Karrotti maħkuka – Catania & Cini Ltd
Tewm imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Meraq ta’ lumija – Catania & Cini Ltd
Pakkett corn tortilla – Attard & Co
Sriracha Mayo sauce – Attard & Co
Pakkett Poco Loco Tortilla chips – Attard & Co
Metodu
1) Fi skultella, itfa’ it-trab ta’ chilli, trab tat-tewm , kemmun u basal. Ħawwad sew sakemm l- erba’ ingredjenti jitħalltu sew flimkien
2) Itfa’ l-merluzz fuq tilar tal-ħami u ferrex fuqu l- melħ u t-taħlita ta’ ħwawar li tkun ippreparajt qabel
3) Daħħal il-merluzz fil-forn, temperatura ta’ 210 gradi Celcius għal madwar tnax -il minuta
4) F’bieqja, waddab it-tewm, karrotti, kaboċċa u meraq tal-lumi, u żid ftit melħ. Ħawwad sew l-ingredjenti kollha flimkien
5) Kif tara li l-merluzz sar, oħorġu mill-forn u qattgħu f’biċċiet żgħar
6) Ifrex it-tortillas fuq platti, u fuq kull waħda ferrex biċċiet tal-merluzz u ħaxix
7) Żid ftit mayo sauce . Itwi t-tortillas u servi mat-tortilla chips