Tħallix l-annimali tiegħek waħedhom aktar minn….

 Tħallix l-annimali tiegħek waħedhom aktar minn….

Naf li ħafna nies li jrabbu l-annimali, li kieku jistgħu, lanqas minuta waħda ma jħallu l-pet tagħhom waħdu. Li kieku jkollhom il-ħin, joqogħdu l-ħin kollu d-dar, jew meta joħorġu , jieħdu l-pet magħhom sabiex dejjem ikunu fil-kumpanija sabiħa tal-pet li jrabbu, pet li għal ħafna huwa parti mill-familja

Imma kultant, iċ-ċirkostanzi jġagħluna nħallu l-pet tagħna waħdu għal xi ħin. Ikollna bilfors inħalluhom, sabiex immorru x-xogħol jew biex immorru x’imkien li ma jaċċettawx il-pets. Imma importanti li l-ebda annimal ma jkun waħdu għal tul ta’ ħin. U tajjeb li niftakru li dan il-ħin ivarja bejn annimal u ieħor

Eżempju il-klieb tista’ tħallihom waħedhom sa massimu ta’ 8 siegħat, ovvjamnet jiddependi ukoll minn kif ikun imdorri il-kelb, l-eta, kif ukoll mill-livell ta’ enerġija tal-kelb. Aktar minn hekk, ġriewi ma jistgħux joqogħdu waħedhom aktar minn erba’ siegħat, waqt li klieb avvanzati fl-eta’ jaf ikollhom bżonn jaqdu l-bżonnijiet naturali tagħhom aktar sikwit

Minn naħa l-oħra, il-qtates huma aktar indipendenti u jistgħu jitħallew waħedhom sa ġurnata. L-importanti li jkollhom l-ikel u litter box nadifa. Apparti minn hekk, jekk ma jkollhom xejn x’jaraw, il-qtates jafu jiddejqu, għalhekk importanti li nħallulhom affarijiet biex jilagħbu jew tħallilhom it-television mixgħul

Il-hamsters ukoll tista’ tħallihom waħedhom għal tul ta’ ħin. Huma jistgħux jgħixu mingħajr ikel għal aktar minn ġurnata. Madankollu dan jista’ jsir biss f’każ ta’ emerġenza, għax jekk taf li se ddum ma tkun id-dar, huwa tajjeb li tħallilhom l-ikel jew tirranġa ma’ xi ħadd biex jitmagħhom, u għaliex le, jilgħab magħhom

Fniek tal-Indi joqogħdu ukoll ftit waħedhom, imma mhux aktar minn ġurnata, u din għandha tkun biss l-eċċezzjoni, għax dawn il-fniek tal-Indi, jieħdu gost bil-kumpanija iktar milli kieku jkunu waħedhom

Minn naħa l-oħra, il-pappagalli huma annimali soċjevoli, u li jkunu waħedhom iwassalhom għal dwejjaq. Għalhekk mhux tajjeb li jitħallew waħedhom aktar minn 6 siegħat. L-għasafar inġenerali mhux tajjeb li jitħallew waħedhom aktar minn ġurnata. Waħda mir-raġunijiet hi minħabba d-dawl. L-għasafar ma jarawx fid-dlam, waqt li minn naħa l-oħra, li jkunu dejjem fid-dawl, jaffetwalhom l-irqad

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com