Tipi ta’ sports li ma jinvolvux attivita’ fiżika
Għal ħafna, meta nisimgħu il-kelma sports, jiġi f’moħħna logħob li jintlagħab b’mod individwali jew bħala tim illi jinvolvi ammont ta’ attivita’ fiżika. Tant hu hekk, illi ħafna jħeġġu sabiex it-tfal inħeġġuhom jagħmlu xi sports sabiex jagħmlu ftit eżerċizzju.
Imma kont taf li hawn sports, illi min jipprattikah, jista’ lanqas jiċċaqlaq minn postu? Dawn huma ħamsa minnhom
Ċess: Logħba milgħuba bilqiegħda fejn il-parteċipanti jikkompetu f’din il-boardgame. Madankollu, chess huwa meqjus bħala sport, u jsiru kompetizzjonijiet kbar. Minkejja li ma jinvolvix attivita fiżika, żgur illi l-kompetituri jridu jħaddmu moħħhom sew, kif ukoll trid talent sabiex tilħaq livell għoli
Id-draft huwa logħba li għandha ċertu xebħ ma’ ċess, għalkemm il-movimenti meħtieġa huma differenti. Filwaqt li fiċ-ċess, hemm differenza bejn kif jimxu r-reġina, re, pawn, isqfijiet, torrijiet u żwiemel, fid-draufs, kull biċċa timxi l-istess
Go hija ukoll board game illi hija meqjusa bħala sport, sport ipprattikat minn miljuni ta’ nies, l-aktar fil-lvant tal-Asja. Dan l-isport huwa wieħed mill-aktar board games ikkumplikati
Xiangqi huwa board game popolari ħafna fiċ-Ċina. Din il-logħba tirrapreżenta battalja bejn żewġ armati
Bridge– Logħba milgħuba bil-karti tal-logħob. Hawn ħafna tipi ta’ logħob illi jintlagħbu bil-karti tal-logħob, imma l-bridge huwa l-unika logħba rikonoxxuta bħala sport
Punt interessanti huwa li minkejja li SportAccord (l-għaqda li tiġbor fiha l-assoċjjazjonjiet u federazzjonijiet sportivi) tirrikonoxxi dawn il-ħamsa bħala sports, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali , minn dawn il-ħamsa, jagħraf biss iċ-ċess u bridge bħala sports