Torta tal-irkotta

 Torta tal-irkotta

Min jaf kemm -il darba kilna torta tal-irkotta. Wieħed mill-platti li għal ħafna iġibilna nostalġija hekk kif konna mmorru għand xi nanna u ttina xi biċċa torta tal-irkotta u xi tazza te’. Kienu jinżlu għasel, speċjalment fil-jiem kiesħa tax-xitwa. Jew xi biċċa torta waqt xi piknik

Platt bnin. U m’hemmx bżonn xi ħafna ħin għal preparazzjoni, hekk kif din it-torta hi sempliċi biex tagħmilha

Ingredjenti għall-għaġina

75 gramma Dqiq – Auntie’s Mix Lamb Brand & Loaded Pantry
75 gramma dqiq wholemeal – Lamb Brand & Loaded Pantry
75 gramma Marġerina – Lamb Brand & Loaded Pantry
7 imgħaref ilma

Għall-mili

250 gramma irkotta – Brescialat Attard & Co
125 gramma Bejken – Churchill Master Butchers
bajda mħabbta
50 gramma ġbejna maħkuka
tadam frisk imqatta’ – Catania & Cini
50 gramma piżelli
Melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
Ġunġlien – Lamb Brand & Loaded Pantry

Metodu

1) Agħrbel iż-żewġ tipi ta’ dqiq u żid magħhom il-marġerin imqatta’
2) Ħallat sew biex il-marġerin jidħol sew fid-dqiq
3) Żid l-ilma bil-mod u b’idejk ifforma l-għaġina
4) Ħalliha toqgħod sakemm tagħmel it-taħlita tal-mili

Biex tagħmel il-mili:

1) Itfa’ l-irkotta u għaffeġ b’furketta
2) Qatta’ l-bejken f’biċċiet żgħar
3) Żid l-ingredjenti l-oħra u ħallat

Wara iftaħ nofs l-għaġina u iksi biha il-qiegħ tar-reċipjent li se ddaħħal fil-forn
Itfa’ il-mili fuq l-għaġina u agħtti bil-kumplament tal-għaġina
Roxx ftit ġunġlien biex issebbaħ u tagħti togħma aħjar
Sajjar f’forn b’temperatura ta’ 180 Grad Celcius għal 30 minuta

Agħfas hawn għal filmat tar-riċetta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com