Wrap bit-tiġieġ u sweet chilli sauce
F’dawn l-aħħar snin, il-konsum tar-wraps f’pajjiżna żdied sew. U dan bir-raġun , għaliex apparti li wraps ma fihoms ħafna kaloriji, għandek il-vantaġġ li tista’ timlihom b’diversi affarijiet differenti. Vantaġġ ieħor tar-wraps huwa li tista’ teħodhom miegħek f’diversi postijiet, fosthom fuq il-post tax-xogħol, jew għal waqt xi piknik jew fejn il-baħar
Minkejja li hawn ħafna affarijiet ta’ x’wieħed jista’ jagħmel fir-wraps, kultant nispiċċaw dejem nagħmluhom bl-istess ingredjenti. U ta’ dejjem l-istess mhux tajjeb, għax nispiċċaw niddejqu minnhom, b’possibilita’ li nduru għal xi ikel ieħor li ma tantx ikun sustanzjuż
Din ir-riċetta t’hawn taħt hija mod wieħed kif nistgħu nagħmlu ir-wrap tagħna. Mhux diffiċli, u mhux se teħodlok ħafna ħin sabiex tippreparah
Ingredjenti
120 gramma sider tat-tiġieġ – Churchill Master Butchers
Meraq ta’ lumija – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa Yutaka Soy sauce –Attard & Co
Mgħarfa sweet chili sauce – Attard & Co
2 werqiet ħass – Catania & Cini Ltd
40 gramma ħjar imqatta’ – Catania & Cini Ltd
60 gramma karrotti maħkuka – Catania & Cini Ltd
18 -il gramma basal imqatta’ – Catania & Cini Ltd
kwart ta’ bżaru aħmar imqatta’ – Catania & Cini Ltd
Tursin frisk biex iżżejjen – Catania & Cini Ltd
Taco wrap – Attard & Co
Crips – Attard & Co
Metodu
Ibda ipprepara it-tiġieġ billi tqatta’ l-laħam tat-tiġieġ f’biċċiet żgħar
F’borma fuq in-nar żid it-tiġieġ, meraq tal-lumija, is-soy sauce u l-isweet chilli sauce
Ħawwad u sajjar għal bejn 15 u 20 minuta
Sakemm isir it-tiġieġ, qatta’ f’biċċiet żgħar il-bżaru aħmar, il-ħjar, il-basla u l-ħass
Permezz ta’ mħakka , ipprepara ukoll il-karrotti
Fuq wrap, poġġi l-ingredjenti kollha li tkun ippreparajt (il-ħaxix u t-tiġieġ)
Rembel ir-wrap u serviha mal-crips. Żejjen bit-tursin