10 fatturi dwar it-tiġieġ li żgur ma kontx taf!

 10 fatturi dwar it-tiġieġ li żgur ma kontx taf!

It-tiġieġ huma annimali intelliġenti u emottivi, anki jekk ħafna ma jindunawx b’dan. Hawn taħt se ssibu 10 fatturi dwar dawn l-annimali li probabbli se jwasslukom biex tħarsu lejn it-tiġieġ minn lenti ġdida.

  1. Ikantaw liż-żgħar tagħhom – it-tiġieġ bħal donnhom ikantaw liż-żgħar tagħhom sa minn qabel ma dawn ifaqqsu. Apparti minn hekk jużaw 30 tip ta’ ħoss differenti biex jikkomunikaw.
  2. Iħarħru bħal qtates – meta tiġieġ ikunu komdi u kuntenti, jagħmlu ħsejjes bħal ma qisu għandek qattus qed iħarħar.
  3. Jgħarfu lil dak li jkun – it-tiġieġ jgħarfu u jiftakru l-uċuħ umani.
  4. Huma intelliġenti – infatti jgħidu li t-tiġieġ huma annimal li kapaċi jsolvi l-problemi. Uħud anke kapaċi jgħaqqdu xi puzzle billi juruk il-biċċiet fejn għandhom imorru bil-munqar.
  5. Jitgħallmu malajr – it-tiġieġ jistgħu jiġu mħarrġu u jitgħallmu jifhmu l-ispazju ta’ madwarhom. Huma kapaċi jitgħallmu tricks differenti bħall-klieb.
  6. Kapaċi jgħoddu – partikolarment meta jkunu għadhom ċkejknin.
  7. Jiftakru esperjenzi tal-passat – filwaqt li annimali oħrajn jinsew x’ikun ġara, it-tiġieġ jiftakru abbażi ta’ esperjenzi passati u jgħaddu dak li tgħallmu lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom.
  8. Joħolmu bħal annimali oħrajn – jesperjenzaw l-irqad REM u dan jissuġġerixxi li allura kapaċi joħolmu wkoll.
  9. Juru empatija – it-tiġieġ huma kapaċi juru l-emozzjonijiet tagħhom. Jekk waħda minnhom hija stressata jew kuntenta, it-tiġieġ l-oħrajn iħossu dan u jirrispondu għall-emozzjonijiet.
  10. Għandhom ġerarkija soċjali – kull tiġieġa taf postha fil-qatgħa.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com