10 żbalji li qed tagħmel issa li se jiddispjaċik tagħhom ‘il quddiem…
Ħadd ma jixtieq li meta jkun qed iħares lura lejn ħajtu jiddispjaċih tad-deċiżjonijiet li jkun ħa. Kemm jekk forsi mhux qed ninvestu biżżejjed ħin f’relazzjonijiet importanti, jekk qed nibqgħu nħaddnu ideoloġiji qodma, jew inħallu l-biża’ twaqqafna milli naġixxu. L-għażliet li nieħdu…jew li ma nevitaw, jaf iwassluna sabiex jiddispjaċina aktar ‘il quddiem. Hawn taħt se ssibu 10 żbalji komuni li nagħmlu, u kif nistgħu nevitawhom.
- Ma nqattgħux biżżejjed ħin mal-persuni ġusti – dawwar lilek inniffsek b’persuni li jinkoraġġuk u evita lil dawk li joħonqulek l-enerġija. Ħin ta’ kwalità mal-persuni li nħobbu u jħobbuna m’għandek tibdlu ma’ xejn.
- Ma nesprimux l-imħabba tagħna b’mod miftuħ – toqgħodx tistenna lil xi ħaddieħor jgħidlek li jħobbok qabel ma tgħidlu inti. Il-ħajja wisq qasira biex iżżomm is-sentimenti tiegħek misturin.
- Nibbażaw il-valur tagħna fuq l-opinjoni ta’ ħaddieħor – il-valur tagħna huwa xi ħaġa li nsibu fina nnifisna, u m’għandniex nieħdu l-opinjoni ta’ ħaddieħor bħala fatt.
- Nippruvaw nimpressjonaw lill-oħrajn – għix għalik inniffsek u mhux biex timpressjona lil ħaddieħor.
- Inħallu l-inċertezza żżommna lura – l-inċertezza hija parti mill-ħajja, xi kultant l-aktar mumenti sbieħ jiġu meta nieħdu riskju.
- Niffukaw fuq meta fallejna minflok fuq l-opportunitajiet – kull falliment jgħallmek xi ħaġa, tħallix żball itappanlek is-suċċess.
- Niffissaw fuq l-ideali – għandek tabbanduna aspettattivi qodma u tilqa’ opportunitajiet ġodda.
- Nilagħbuha tal-vittma – ħu kontroll ta’ ħajtek billi tirrifjuta li toqgħod titħassar lilek inniffsek.
- Noqgħodu nanalizzaw kollox b’mod eżaġerat u mingħajr ma nieħdu azzjoni – ħu azzjoni deċiżiva u toqgħodx tistenna l-kundizzjonijiet perfetti u ideali.
- Ikollna wisq x’nagħmlu biex napprezzaw il-ħajja – ħu pawża u apprezza dak li jagħmel il-ħajja sabiħa.