5 kwalitajiet essenzjali li għandek tikkunsidra meta qed tfittex wedding planner

 5 kwalitajiet essenzjali li għandek tikkunsidra meta qed tfittex wedding planner

Meta tiġi biex tippjana waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajtek, huwa importanti li tara li jkollok l-għajnuna neċessarja sabiex din il-ġurnata tgħaddi mingħajr problemi. Għal din ir-raġuni, jaf huwa ideali li ssib persuna li sservi bħala wedding planner bl-iskop li tippjanalek il-ġurnata tant speċjali għalik, eżatt kif tridha inti u mingħajr stress żejjed.

Jekk se tibda tfittex wedding planner, dawn t’hawn taħt huma l-ħames kwalitajiet l-aktar essenzjali li għandek tara li jkollhom:

  1. Esperjenza sostanzjali – fittex persuna li taf li għandha esperjenza sostanzjali fl-industrija. Dawk li għandhom esperjenza, għandhom ukoll l-għarfien neċessarju partikolarment fejn jidħlu ċertu problemi li tista’ tiltaqa’ magħhom fl-ippjanar tat-tieġ tiegħek.
  2. Joqogħdu attenti għad-dettalji u huma organizzati – It-tiġijiet għandhom ħafna aspetti fejn jidħol l-ippjanar, bejn l-immaniġjar tal-vendituri, kif ukoll il-bżonn li tara li kollox isir f’ħinu u f’waqtu. Wedding planner tajjeb huwa organizzat u joqgħod attent għad-dettalji sabiex kull aspett tat-tieġ tiegħek ikun ippjanat u eżegwit kif suppost.
  3. Kreattività u viżjoni – kull tieġ għandu l-aspetti uniċi tiegħu għaliex kull koppja hija differenti. Allura meta tfittex wedding planner ara li tkun persuna kapaċi tisma’ l-ideat tiegħek u tirrealizzahom b’mod kreattiv. Irid ikollhom viżjoni innovattiva u joffru soluzzjonijiet differenti sabiex jagħmlu t-tieġ tiegħek wieħed aktar memorabbli.
  4. Ħiliet komunikattivi eċċezzjonali – komunikazzjoni effettiva hija kruċjali fejn jidħol l-ippjanar tat-tiġijiet. Il-planner tiegħek trid tkun kapaċi tisma’ l-ideat tiegħek, tifhem il-bżonnijiet tiegħek u żżommok infurmat ta’ x’qed isir matul il-proċess kollu. Apparti minn hekk, għandek tara li din il-persuna tiggwidak fid-deċiżjonijiet tiegħek u ma tisfurzax l-ideat tagħha fuqek. Huwa importanti li t-tieġ jibqa’ tal-koppja, u d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu kuntenti bihom. Iridu wkoll ikunu kapaċi jikkomunikaw sew mal-vendituri, il-mistiedna u dawk kollha neċessarji sabiex il-ġurnata tgħaddi b’wiċċ il-ġid.
  5. Flessibbli u kapaċi jsolvu l-problemi – it-tiġijiet, bħal kull avveniment ieħor, rarament imorru eżatt kif ippjanat. Allura l-wedding planner tiegħek trid tkun persuna li tibqa’ kalma f’sitwazzjonijiet fejn ikollha pressjoni, kapaċi tadatta u tibdel il-pjanijiet kif ikun hemm bzonn u taf issib is-soluzzjonijiet għal kull tip ta’ problema li tista’ taffaċċja.

Jekk tixtieq wedding planner li għandha il-kwalitajiet kollha msemmija hawn fuq, mela tkellem ma’ Pam minn Troopers – Wedding & Events sabiex tgħinek torganizzalek ġurnata tant speċjali li żgur ma tinsiha qatt.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com