5 modi kif tirrilassa wara ġurnata kollha ġenn!
Il-ħajja tal-lum hija mgħaġġla u faċli nispiċċaw naqbżu minn ħaġa għall-oħra mingħajr ma nieqfu ftit u naħsbu fis-saħħa mentali u fiżika tagħna. Li nieħdu ftit ħin ta’ kuljum biex nirrilassaw jgħinna nirriġeneraw moħħna u nserrħu ġisimna, kif ukoll innaqqsu l-istress. Hawn taħt se ssibu ħames modi sempliċi u effettivi biex tirrilassa u ssib il-paċi.
- Skeda ħin fejn ma tagħmel xejn – ta’ kuljum għandek issib ftit minuti fejn ma tagħmel xejn. Jew poġġi xi ftit barra, fin-natura, jew mur xi mixja għall-kwiet, jew ħu banju sħun…meta sserraħ lil moħħok għal ftit minuti tkun qed tagħmel ħafna ġid.
- Ara li l-intenzjoni li tirrilassa tkun hemm – li jkollok l-intenzjoni li tirrilassa hija parti importanti. Iffoka fuq affarijiet sempliċi: fuq il-ħoss li jagħmlu saqajk meta jmissu mal-art waqt xi ġirja, ir-riħa tax-xemgħa li għandek mixgħula, jew in-nifs tiegħek waqt xi eżerċizzju ta’ meditazzjoni.
- Illimita l-affarijiet li jfixkluk – agħmel il-mowbajl silent jew “do not disturb” biex tevita li jinterrompuk. Sib spazju fid-dar fejn verament tirrilassa mingħajr distrazzjonijiet fil-viċin, bħal xi turrun platti li bħal qisu jgħajjatlek biex taħsilhom.
- Apprezza s-silenzju – ħu pawża mit-teknoloġija. Xi kultant, meta npoġġu fis-silenzju dan jista’ jgħinna nirriġeneraw moħħna, jgħinna nżommu saqajna mal-art u nnaqqsu l-ħsibijiet li jippressawna.
- Sib il-konnessjoni man-natura – oħroġ barra, ħu nifs fil-fond u ħalli lin-natura tgħinek tirrilassa. Anke ftit ħin barra jista’ jnaqqaslek l-istress u l-ansjetà b’mod sinjifikanti.