5 pariri sostenibbli għal avvenimenti li jixtiequ jnaqqsu l-ħela

 5 pariri sostenibbli għal avvenimenti li jixtiequ jnaqqsu l-ħela

Meta wieħed jorganizza avveniment huwa importanti li jaħseb ukoll fuq kif l-avveniment tiegħu jista’ jkun favur l-ambjent. Dan ifisser li fl-ippjanar u l-organizzazzjoni tiegħu, ikun hemm ħsibijiet ta’ kif jista’ jiġi organizzat b’mod sostenibbli. Aħna tkellimna ma’ Pamela, minn Party Troopers sabiex tgħaddilna 5 pariri sostenibbli għal avvenimenti li jixtiequ jnaqqsu l-ħela.

  1. Fejn tista’ mur għal għażliet diġitali – per eżempju, minflok tibgħat inviti bil-posta mur għal inviti diġitali jew biljetti onlajn.
  2. Elimina l-użu ta’ plastik li jintuża darba biss – ibdel oġġetti bħal platti, tazzi u pożati li jintużaw darba biss għal alternattivi li jintużaw aktar minn darba jew li huma kompostabbli.
  3. Agħżel caterers li wkoll jimplementaw prattiċi sostenibbli – dan jinkludi l-użu ta’ prodotti lokali u li jevitaw ippakkjar li jintuża darba u jitwaddab. Apparti minn hekk aħseb ukoll x’se tagħmel jekk ikollok ħafna ikel żejjed. Agħmel arranġamenti sabiex dan jingħata mill-ewwel bħala donazzjoni lil organizzazzjonijiet li jgħinu lil nies fil-bżonn.
  4. Uża dekorazzjonijiet li tista’ tirriċikla jew terġa’ tużahom – agħżel dekorazzjonijiet li tista’ tużahom aktar minn darba u li ma jagħmlux dannu lill-ambjent.
  5. Ħeġġeġ lill-mistednin jagħmlu użu minn prattiċi sostenibbli għat-trasport – dan billi tinkoraġġihom jagħmlu carpooling. Tista’ wkoll toffri xi tip ta’ shuttle service li jwassal biex inaqqas il-bżonn ta’ użu ta’ ħafna karozzi.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com