5 tipi ta’ ħobż li l-aktar iħobbu l-Maltin

 5 tipi ta’ ħobż li l-aktar iħobbu l-Maltin

Jekk hemm xi ħaġa li aħna l-Maltin niġġennu għaliha hija xi kisra ħobż ma’ kull ikla, anke fejn m’hemmx bżonn nieklu l-ħobż! Iżda x’inhuma l-aktar tipi ta’ ħobż li jieklu l-Maltin skond il-furnara ta’ Isouard Bakery? Se ngħidulkom hawn taħt!

5 post: Il-Panina tal-Malti

Fil-ħames post insibu l-panina tal-Malti. Ġewwa ratba u minn barra tqarmeċ, din il-panina hija perfetta biex iddellika bil-kunserva, troxxilha ftit żejt taż-żebbuġa, bżar u melħ u tħawwarha kif trid.

4 post: Il-Baguettes

Minkejja li dan huwa tip ta’ ħobż li oriġina fi Franza, il-Maltin iħobbuh ħafna. Tagħmlu bil-butir, perżut u ġobon, b’xi ftit mozzarella u tadam, jew inkella b’xi ftit tiġieġ. Insomma, għid li se tiekol tajjeb u se timla l-ħawsla kif suppost.

3 post: Panini (burger buns) u Bzienen tal-hotdogs

Għalkemm forsi l-istaġun tal-bbqs għadda, il-panini tal-burgers jibqgħu jinxtraw matul is-sena kollha, partikolarment biex jittieklu mit-tfal meta jkunu l-iskola. Simili għalihom hemm ukoll il-bziezen tal-hotdogs li jinżlulek għasel jekk trid issajjar xi ħaġa tajba u ta’ malajr.

2 post: Il-Ftajjar

Fit-tieni post, bla dubju nsibu l-ftira. Dik il-ħobża xi ftit ċatta, bit-toqba fin-nofs li hija l-kumpanija perfetta kemm meta tmur tagħmel xi ġurnata ħdejn il-baħar jew xi picnic Ta’ Qali. Tixtriha friska filgħodu u tħawwarha b’dak kollu li tixtieq qalbek!

1 post: Il-Ħobż tal-Malti

Fl-ewwel post, insibu dik li skond ħafna Maltin (u anke barranin) hija l-itjeb tip ta’ ħobża fid-dinja – il-ħobża tal-Malti. Skond kemm hi kbira l-familja, tixtriha kbira jew żgħira u titiekel ma’ kollox. Jekk għamilt xi platt għaġin, tlaqqat biha z-zalza. Jekk sajjart xi ftit laħam, jew braġjoli hija kontorn perfett. Jekk m’għandekx aptit issajjar, iddellikha bil-kunserva, żejt taż-żebbuġa u ftit bżar u melħ, u b’żewġ żebbuġiet, kappar u biċċa ġbejna kilt ikla ta’ sinjur!

Dan il-ħobż kollu li semmejna hawn fuq, issibuh mingħand Isouard Bakery & Confectionary fil-Marsa. Morru s’hemm, u għidulna x’qed tieklu!

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com