6 pariri dwar ir-relazzjonijiet li se jibdlulek ħajtek
Id-dinja tar-relazzjonijiet hija waħda li f’ċertu okkażżjonijiet tista’ tkun ikkumplikata. Madanakollu jekk qabel ma nidħlu f’relazzjoni niffurmaw ruħna sew u naħdmu fuqna nnifisna, nattiraw aktar sitwazzjonijiet ideali għalina u nitgħallmu niskartaw dal li ma jgħoddx.
Kun intelliġenti fl-għażliet tiegħek
Is-suċċess tar-relazzjoni tiegħek hija ħafna drabi xi ħaġa li tinduna jekk hux se taħdem jew le mill-bidu. Il-persuna li tagħżel li tidħol f’relazzjoni magħha hija kruċjali. Tmurx għal persuni li m’humiex emozzjonalment disponibbli u mbagħad tippretendi li jinbidlu. Iffoka li ssib persuna li għandha valuri simili għal dawk tiegħek u li għandkom għanijiet komuni, mhux biss li tkun attratt għaliha jew għax tħoss ċertu livell ta’ eċitament.
Kun af il-valur tiegħek
Staqsi lilek inniffsek: x’toffri inti f’relazzjoni? Ġeneralment nattrattaw persuni simili tal-istat personali tagħna. Jekk aħna insikuri u m’aħniex emozzjonalment disponibbli, probabbli l-persuna li ħa nattrattaw se tkun hekk ukoll. Biex ikollok relazzjoni sana, iffoka fuq li ssir l-aħjar verżjoni tiegħek inniffsek u taċċetta xejn li jipprova jitfilek id-dawl li għandek fik.
Waqqaf l-istress
Meta wieħed jaħseb u jinkwieta ħafna, jista’ jirrovina r-relazzjonijiet tiegħu. Jekk il-ħin kollu tinkwieta dwar f’liema pożizzjoni qegħdin u x’jista’ jmur ħażin se tħossok dejjem insikur. Minflok, ipprova għix fil-mument u emmen li fl-aħħar mill-aħħar, jiġri x’jiġri inti se tkun ok.
Ma tistax tirbaħhom kollha
Xi kultant, anke jekk dak li jkun jidher perfett għalik, ir-relazzjoni ma taħdimx. Dan ma jfissirx li inti ma kontx biżżejjed għalihom, iżda hija xi ħaġa li tibbaża ruħha fuq kompatibilità. Aħdem fuq li tkun l-aħjar verżjoni tiegħek inniffsek u tiħux rifjuti tat-tip personali.
Il-vibe tiegħek hija aktar importanti minn kif tidher
Iva, id-dehra ta’ dak li jkun hija importanti, iżda l-enerġija u l-vibe tiegħek għandhom rwol kruċjali fis-suċċess ta’ relazzjoni. Jekk persuna tħossha tajjeb miegħek, u tħoss li tista’ tkun pożittiva, mela hemm possibilità li r-relazzjoni tkun ta’ suċċess. Kif tħossok jaffettwa l-mod kif persuni jirrispondu għalik.
Relazzjonijiet tajbin mhux dejjem se jkunu perfetti
Relazzjoni sana se toħloqlok sfidi li probabli se joħorġu l-karatteristiċi l-aktar sbieħ u koroh fiż-żewġ persuni. Mhux se tkun dejjem trankwilla iżda se tgħinkom tikbru, flimkien. Il-kuntentizza ma tiġix mis-sieħeb jew sieħba biss, iżda hija xi ħaġa interna.