8 ismijiet strambi li jagħtu l-Maltin lit-tfal tagħhom…

 8 ismijiet strambi li jagħtu l-Maltin lit-tfal tagħhom…

Ċertu ismijiet li ngħataw lit-tfal matul is-snin lanqas idurlek ilsienek biex tgħidhom. Oħrajn, tibda tgħid minn fejn ħarġu bihom…u għaliex?!

Ta’ kull sena, toħroġ il-lista tal-ismijiet l-aktar popolari li jkunu ngħataw lit-trabi f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Hekk kif wasalna fl-aħħar kwart tas-sena, ninsabu eċitati biex insiru nafu liema huma l-aktar ismijiet tat-trabi popolari għall-2024 u x’ismijiet strambi oħra ħarġu bihom xi wħud li saru ġenituri din is-sena. 

Iżda sakemm tiġi f’idejna l-lista ta’ ismijiet, ejjew ngħatu titwila lejn uħud mill-aktar ismijiet strambi li ngħataw lit-trabi fl-aħħar snin.

  1. Delyth …. Qisek qed tgħid delitt…
  2. Ala … jew għala?
  3. Thisseanne … forsi xi ħadd għatas? 
  4. Shaznolee … issa sew…
  5. Zanishielle … minn liema ktieb ta’ ismijiet għat-trabi sabuh dan?
  6. Yenz … jew Benz
  7. Jack Daniel … nafu x’kien id-drink favorit tal-ġenituri tiegħu… 
  8. Shazion Neymar … forsi se jsir plejer tal-futbol?

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com