9 sinjali li l-persuna li qed toħroġ magħha hija ideali għalik

 9 sinjali li l-persuna li qed toħroġ magħha hija ideali għalik

Fir-relazzjonijiet mhux dejjem ikun faċli tifhem jekk il-persuna hix ideali għalik jew le, partikolarment meta jgħaddi l-perjodu magħruf bħala l-”honeymoon phase”. Allura, kif tkun taf jekk il-persuna li qiegħed/qiegħda miegħu/magħha humiex ideali? Diversi esperti ppruvaw jagħtu l-opinjoni tagħhom u aħna ġbarna dawn l-opinjonijiet hawn taħt!

  1. Kapaċi ssibu kompromess – mhux se taqblu dejjem u fuq kollox. Jekk ma’ din il-persuna jirnexxielek issib it-triq tan-nofs dan ifisser li intom kompatibbli.
  2. Iġiegħeluk tħossok tajjeb bik inniffsek – se jżidulek il-kunfidenza fik inniffsek u jgħinuk tħossok apprezzat.
  3. Kapaċi jisimgħuk – anke jekk is-suġġett li qed titkellem dwaru ma tantx jinteressahom se jisimgħuk bi ħġarhom u b’attenzjoni.
  4. Għandkom l-istess tip ta’ valuri – meta jkollok għanijiet u valuri komuni, jgħinu ħafna fejn tiħdol relazzjoni serja u twila. Anke jekk forsi l-interessi tagħkom huma differenti, jekk taqblu fuq l-affarijiet l-aktar importanti mela hija żgur xi ħaġa pożittiva.
  5. Ikollkom diskussjonijiet sani – huwa normali li se jkun hemm affarijiet li ma taqblux dwarhom. L-importanti huwa l-mod kif taffrontaw dawn is-sitwazzjonijiet. Il-konverżazzjonijiet iridu jkunu rispettużi, mingħajr ma jkun hemm arroganza u tgħajjir.
  6. Tħoss li tista’ tesprimi l-ħsibijiet tiegħek mingħajr ġudizzju – tħossok komdu tesprimi l-ħsibijiet tiegħek u dak li qed jinkwetak mingħajr biża’ li tiġi ġġudikat.
  7. Joffrulek attenzjoni mingħajr tfixkil – jagħtuk l-attenzjoni sħiħa u jneħħu l-affarijiet li jistgħu jkunu ta’ distrazzjoni.
  8. Sħabek u l-familja tiegħek imorru tajjeb magħhom – dan huwa sinjal pożittiv ukoll li jgħinek tifhem jekk il-persuna hix ideali għalik jew le.
  9. Jagħmlu affarijiet żgħar għalik – bħal jagħmlulek xi bela’ te jew jibgħatulek messaġġi ħelwin. Affarijiet li bihom juruk li jaħsbu fik u jħobbuk.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com