Ajru ta’ Kuluri f’Għawdex: Il-Gozo Kite and Wind Festival – B’Differenza!
Il-Gozo International Kite and Wind Festival qed jerġa’ lura, u din id-darba għas-seba’ edizzjoni tiegħu, ser ikun hemm spettaklu ta’ tajriet fis-sema u ħafna attivitajtiet għall-familja kollha. L-avveniment se jkun fid-19 u l-20 ta’ Ottubru 2024 f’ San Dimitri f’Għarb, Għawdex.
Ser ikun hemm stands tal-ikel u xorb ser iżommuk okkupat matul il-ġurnata. Għandek ċans tirbaħ ukoll xi premji jew vouchers billi tipparteċipa fir-raffles li ser isiru fuq il-post.
Għandek tfal? Hemm ħafna logħob u attivitajiet li żgur ser iżommuhom kuntenti matul il-ġurnata kollha. Jekk tħobb il-barbecue, fit-8:00pm tat-19 ta’ Ottubru ser ikollna BBQ night li tinkludi tombla u live entertainment! Tista’ tirriserva postek billi ċċempel fuq 99172154.
U jekk tħobb l-ispettaklu, fis-6:45pm tal-20 ta’ Ottubru, ser ikun hemm wirja ta’ fireworks. U b’konklużjoni perfetta għall-festival, fil-7:00pm ser issir il-ħuġġieġa tradizzjonali ta’ San Dimitri.
Il-Gozo International Kite and Wind Festival mhijiex sempliċement avveniment fejn tara t-tajriet fl-arja, imma hu mument fejn tara in-natura, ir-riħ, u l-komunità jingħaqdu flimkien biex jagħmlu spettaklu tal-ġenn. Ejja mela, għid lill-sħabek u lill-familja u ħallina nħallu r-riħ imexxina f’dan il-festival uniku!