Aljotta
Dawk il-persuni li jħobbu jieklu l-ħut, ma jistgħux ma jippruvawx isajjru xi platt aljotta. Tajba mhux biss bħala platt tal-bidu, imma tista’ tikolha ukoll bħala l-ikla prinċipali. Riċetta li ma fihiex ħafna kaloriji, u li tinżel għasel, speċjalment fil-ġranet kesħin tax-xitwa
Ingredjenti
Basla mqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
3 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
2 patatiet imqaxxra u mqatta’ f’biċċiet żgħar – Catania & Cini Ltd
Ħuta ta’ madwar 300 gramma imqatta’ – Catania Fisheries
3 tadamiet kbar imqatta’ – Catania & Cini Ltd
200 millilitru stokk tal-ħut
Nagħniegħ frisk – Catania & Cini Ltd
Ħabaq frisk – Catania & Cini Ltd
Metodu
1. Ibda billi tqatta’ basla, b’mod li l-biċċiet tal-basla jkunu biċċiet żgħar, u wara qatta’ it-tewm, f’biċċiet żgħar
2. F’borma fejn se ssajjar l-aljotta, itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u ħawwar bi ftit bżar u melħ
3. Fil-borma, qalli l-basla u t-tewm
4. Żid it-tadam u l-patata
5. Żid l-istokk tal-ħut
6. Ħawwad u żid in-nagħniegħ u l– ħabaq
7. Żid il-ħut
8. Sajjar kollox għal madwar 7 minuti