Apparti Halloween, f’Ottubru jsiru dawn it-3 attivitajiet kbar
F’diversi pajjiżi Kattoliċi, ix-xahar t’Ottubru nassoċjawh mal-Madonna u mar-Rużarju. F’dawn l-aħħar snin, Ottubru beda jiġi assoċjat ukoll mal-kampanja dwar il-kanċer tas-sider, billi bdew isiru diversi attivitajiet marbuta ma’ Pink October. U ovvjamnet ma nistgħux ninsew Halloween. Imma apparti dawn, f’diversi pajjiżi jiġu organizzati diversi festivals, attivitajiet jew hemm tradizzjonijiet li huma marbuta speċifikamnet ma’ dan ix-xahar
1) Oktoberfest fil-Ġermanja. Forsi dan huwa wieħed mill-aktar festivals magħrufa, fejn mhux biss ikun festival fejn jiltaqgħu diversi ħbieb u familjari, imma ukoll fejn tinxtorob ammont ta’ birra. Minkejja li Oktoberfest oriġina fi Munich, ġewwa l-Ġermanja, dan iż-żmien saru isiru diversi ċelebrazzjonijiet simili, għalkemm fuq skala iżgħar, f’diversi pajjiżi, fosthom l-Istati Uniti
Oktoberfest tipiku ikun jinkludi parati, mużika, kompetizzjoniiet u ovvjament il-birra. Magħhom tinsiex li tista’ ssib ukoll ikel , speċjalment ikel tipikament Ġermaniż bħal zalzett u pretzels
2) Mehregan Festival fl-Iran- ta’ kull sena , eżattament fit-2 t’ Ottubru jiġi organizzat il-Mehregan Festival. L-oriġini ta’ dan il-festival imur lura għal żmien ta’ qabel ġie ntrodott l-Islam. Fit-2 t’Ottubru, diversi Iranjani iżuru lil xulxin, waqt li jkunu lebsin ilbies tal-okkażjoni. L-imwejjed tal-ikel jiżżejnu b’mod ikkulurit, filwaqt li jiġu servuti ħelu, ħaxix u frott. Il-logħob tan-nar f’dan il-festval ma jonqosx
Tajjeb li nsemmu li dan il-jum jinvolvi ritwal, fejn f’ħin l-ikel, kulħadd iqum bilwieqfa quddiem mera u jkanta innijiet u talb. Tisserva ukoll xarba li tissejjaħ Sharbat u jingħtaw ukoll ir-rigali
3) MassKara festival fil-Filippini- Dan il-festival , li jsir kull raba’ Ħadd t’Ottubru isir f’Bacold, belt fil-Filippini. Kuntrarjament tal-Mehregan Festival, il-MassKara huwa pjuttost modern u jmur lura 44 sena biss. Il-festival beda jsir biex ifakkar inċident li kien sar fuq il-baħar, inċident li kien ħasad il-ħajja ta’ madwar 700 persuna
F’dan il-festival, il-parteċipanti jilbsu maskra li turi wiċċ qed jitbissem waqt li jipparteċipaw f’diversi attiviatjiet bħal kompetizzjonijiet ta’ żfin, festini kbar fit-toroq, mużika tradizzjonali , attivitajiet li jikkumplimentaw ikel bnin Filippin