Burger tad-dundjan servuta mal-patata
Filmat tar-riċetta hawn
Ħafna drabi, meta naħsbu f’burger, moħħna imur għal dik il-pulpetta li nixtru, u tisġiċċa moqlija deep fried fiż-żejt. Għalhekk, min hu konxju ta’ x’ikun qed jiekol, ħafna drabi jevita milli jiekol burger. Madankollu, burger li tagħmel int, ukoll tista’ tkun tajba għal saħħtek. Dan jekk l-ingredjenti li tuża biex tifforma l-burger, ikunu dawk bnini . Aktar minn hekk, minflok taqli l-burger fiż-żejt, tista’ tagħmilha fil-forn jew mixwija, jew tagħmilha fit-taġen fit-taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa. F’din ir-riċetta, se nużaw laħam li huwa nieqes mix-xaħam, il-laħam tad-dundjan. U se nservu l-burger flimkien ma’ ftit patata
Ingredjenti għall-patata
2 patatiet – Catania & Cini Ltd
2 imgħaref żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Mild curry – Lamb brand & Loaded Pantry
Smoked Paprika – Lamb brand & Loaded Pantry
Klin – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħ – Lamb brand & Loaded Pantry
Ingredjenti għall-burger
200 gramma kapuljat tad-dundjan – Churchill Master Butchers
Nofs basla mqatta’ rqiq ħafna – Catania & Cini Ltd
Nofs bżaru aħdar imqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
Mild Curry – Lamb brand & Loaded Pantry
Smoked paprika– Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina tursin frisk –Catania & Cini Ltd
żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Ġobon cheddar – Attard & Co
Mgħarfa Sriracha sauce – Attard & Co
2 imgħaref mayonnaise – Attard & Co
Ħass
Tadam
Metodu tal-patata
1) Aħsel il-patata u qattagħha bil-qoxra b’kollox
2) Ferrex fuqha iż-żejt taż-żebbuġa
3) Ferrex il-ħwawar ( smoked paprika, curry, klin, bżar u melħ) skont kemm tiggosta u ħawwad sew biex il-patata kollha tieħu t-togħma
4) Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200 Grad Celcius għal 25 minuta
Metodu tal-burger
1) F’reċipjent, itfa’ l-kapuljat u żid il-basla u l-bżaru aħdar
2) Roxx ftit curry u smoked paprika skont kemm tiggosta
3) Żid it- tursin frisk
4) B’idejk ifforma f’forma ta’ burger
5) F’taġen saħħan ftit żejt taż-żebbuġa, u ibda aqli l-burger. Dawwar biex isiru sew miż-żewġ naħat
6) Poġġi biċċa ġobon cheddar fuq kull burger
Wara:
1)F’reċipjent separat itfa’ sriracha sauce u l – mayonnaise u ħawwad sew
2) Aqsam ħobża tal-burgers u dellikha bit-taħlita tas- sriracha sauce u l – mayonnaise
3) Itfa’ ħass u tadam fuq il-ħobża
4) Poġġi l-burger u servi mal-patata