Bżar tal-kulur mimli
Filmat tar-riċetta hawn
Jekk m’għandekx ħafna ħin fuq idejk, u trid xi ħaġa differenti mis-soltu, inħeġġuk tipprova din ir-riċetta. Bżar tal-kulur. Ħafna drabi l-bżar tal-kulur nużawh għal ma’ xi insalata, jew għal ma’ xi zalza. Hawn min jaqlih u jservih maz-zalza ta’ żebbuġ u kappar. Kulħadd gostih.
Imma f’din ir-riċetta, il-bżar tal-kulur se nużawh biex nimlewh, u nsajjruh fil-forn.
Mhux se tieħu wisq ħin. Kemm tqalli l-mili, u tpoġġi l-bżar fil-forn biex isir ftit. Riċetta sempliċi, mimlija ingredjenti sustanzjużi u togħma tajba
Ingredjenti
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Zunnarija żgħira- Catania & Cini Ltd
Basla żgħira – Catania & Cini Ltd
300 gramma kapuljat taċ-ċanga – Churchill Master Butchers
Ftit fażola ħamra
Klin – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar aħmar imfarrak – Lamb brand & Loaded Pantry
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
2 imgħaref kunserva
300 gramma ġobon cheddar maħkuk
Bżar kbir tal-kulur – Catania & Cini Ltd
Metodu
1) F’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u ibda qalli z-zunnarija (imqatta’)
2) Qatta’ l-basla b’mod irqiq u qalliha fit-taġen maz-zunnarija
3) Magħhom żid il-kapuljat u kompli qalli
4) Itfa’ ftit fażola ħamra
5) Żid il-klin u l-bżar aħmar imfarrak, melħ u bżar
6) Ħawwad sew u żid il-kunserva
7) Żid il-ġobon
8) Aħsel u aqsam il-bżar minn nofs
9) Neħħi ż-żerriegħa u imla bit-taħlita li tkun qallejt
10) Sajjar fil-forn għal madwar 10 minuti (b’temperatura ta’ 180 Grad Celcius)