Chopsticks, te u vannijiet tal-iskola
Tista’ tara l-episodju li deher il-bieraħ minn hawn
Ilbieraħ kien il-Jum Nazzjonali taċ-Ċina u għalhekk għat-tieni programm ta’ SHOOTER, Daniel qatta’ xi ħin ma’ Sun Yau Fei, Ċiniż residenti hawn Malta.
Daniel staqsieh ftit mistoqsijiet strambi, mhux tas-soltu, biex jitkixxef fuq il-kultura Ċiniża u Sun Yau Fei qagħad iwieġbu b’paċenzja ta’ Ġob. Qagħad juża ċ-chopsticks u daq il-long jing tea. Trid tara l-episodju biex tkun taf kif żvolġiet il-konverżazzjoni u kif mar biċ-chopsticks u t-te.
DANUSAN ilaqqgħuna ma’ Raġel Malti, normali, kif suppost, kalm, iħobb jaqra ktieb. Ħajtu tkun miexja sew sakemm … taqbiżlu bl-ikrah! Ir-Raġel imaqdar bl-aħrax is-servizz tat-trasport tal-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat. Min jaqta’ għaliex?
X’inhi dik ix-xi ħaġa li, meta jaraha sseħħ, ir-Raġel Malti taqbiżlu … u jkollu raġun biex ibigħ? Segwi l-ħolqa għat-tieni episodju ta’ SHOOTER biex issir taf fuqiex qabżitlu!
Jekk hemm xi ħaġa li tqabbiżhielkom, ibagħtu email fuq: [email protected].