Dawn is-sustanzi huma perikolużi għal saħħitna

 Dawn is-sustanzi huma perikolużi għal saħħitna

Kull sustanza li tiġi użata mhux skont il-parir tal-esperti mediċi taf tkun perikoluża għas-saħħa tal-bniedem. F’ħafna pajjiżi, isiru diversi imwiet illi huma direttament jew indirettament ikkawżati minn użu ta’ sustanzi. Aparti l-imwiet, wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni l-effetti fit-tul mhux biss fuq is-saħħa fiżika tal-bniedem , imma ukoll fuq is-saħħa mentali, soċjali u finanzjarja, kemm ta’ min jieħu s-sustanza, kemm tal-familjari, kif ukoll tas-soċjeta inġenerali . Uħud mis-sustanzi jafu jħallu l-effett wara biss doża waħda jew l-ewwel ftit dożi, waqt li oħrajn jieħdu s-snin

Fost is-sustanzi perikolużi nsibu dawn il-ħamsa.

In-Nikotina– Forsi ħafna ma jarawx din is-sustanza bħala perikoluża. Anzi ħafna jargumentaw li hi legali, u għandhom dritt jagħmlu użu minnha. In-nikotina hija sustanza li l-effett tagħha iħalli spejjeż kbar fuq is-servizzi tas-saħħa, apparti diversi imwiet. Fl-Istati Uniti biss, ikun hemm madwar nofs miljun mewt fis-sena li huma kawża tat-tipjip. It-tipjip jikkawża madwar 90 fil-mija ta’ mwiet ikkaġunat mill-kanċer tal-pulmun. Apparti minn hekk huwa wieħed mill-fatturi ta’ mard bħal COPD, puplesija u mard tal-qalb

Alkoħol– Wara n-nikotina jiġi l-alkoħol, sustanza oħra li hija legali. Apparti l-ħsara fiżika li l-alkoħol jikkawża lill-ġisem, fost oħrajn fuq il-fwied, l-abbuż mill-alkoħol jikkawża diversi problemi soċjali, finanzjarji, kif ukoll mentali. Ovvjament, mhux qed nitkellmu fuq grokk kultant, imma l-alkoħol huwa ukoll sustanza li bniedem jaf jiġi dipendenti fuqu

Fentanyl– Meta użat skont kif issuġġerit minn tabib, il-Fentanyl għandu użu tajjeb ħafna għal kontra l-uġigħ. Madankollu, meta din is-sustanza tittieħed mhux kif, u mhux għax ordnat mit-tabib, jaf tkun perikoluża ħafna. Skont rapport ippublikat fl-2016, kważi 30 fil-mija tal-imwiet ikkaġunati minn abbuż ta’ droga, kienu ġejjin minn użu ta’ Fentanyl. Ta’ min ifakkar li din id-droga hija waħda mill-aktar addictive

Eroina– Ħafna smajna biha u dwar l-effetti ħżiena tagħha. Ovvja għax din illegali, mhux bħall-ewwel tnejn. Apparti l-ħsara fiżika u mentali li wieħed żgur se jkollu meta jabbuża mill-eroina, tajjeb insemmu ukoll illi min jieħu l-eroina ikun qed jissogra problemi oħra bħal problemi soċjali, finanzjarji u legali

Kokaina – Dan l-istimulant illi sfortunatament qiegħed iżid fil-popolarita tiegħu, ukoll huwa prodott perikoluż. L-imwiet ikkaġunati mill-kokaina fl-Istati Uniti jidher li qegħdin jikbru kull sena. L-użu ta’ din id-droga jista’ jwassal għal diversi effetti, fosthom attakk tal-qalb u dipressjoni

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com