designMT iħejju 4 wirjiet fil-Belt Valletta!
Ħejjew ruħkom, dilettanti tad-disinn! Mill-30 ta’ Settembru sas-5 ta’ Ottubru 2024, designMT se jseħħ f’postijiet ikoniċi fil-Belt Valletta! Din hija l-ewwel edizzjoni tal-avveniment, u qed se tibda bi kbir, b’postijiet stupendi bħal l-Auberge D’Aragon, il-Fortress Builders, Spazju Kreattiv, San John’s Cavalier, u l-Valletta Design Cluster!
designMT se jkun fih erba’ wirjiet, kull waħda tippromwovi disinni kontemporanji li jgħaqqdu stil, funzjonalità u sinifikat kulturali.
Imma dak mhux kollox—dan l-avveniment mhuwiex biss biex tapprezza affarijiet sbieħ. Int ser ikollok l-opportunità tidħol fil-fond fl-aktar tendenzi friski tad-disinn u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji waqt attivitajiet tematiċi. Mill-arkitettura għad-disinn tal-prodott, esperti tal-industrija u talenti ġodda se jaqsmu l-ideat tagħhom dwar kif id-disinn qed jiffurma l-ħajja tagħna ta’ kuljum.
B’taħlita ta’ professjonisti stabbiliti u wiċċijiet ġodda, il-lista tal-esibituri hija impressjonanti! Barra minn hekk, l-avveniment huwa miftuħ għal kulħadd; mexxejja tal-industrija, dilettanti u stakeholders oħrajn, fejn tista’ tinħoloq opportunità eċċitanti għal kollaborazzjoni u diskussjoni.
designMT qed jiġi organizzat mill-Malta Crafts Foundation, bl-appoġġ tal-Arts Council Malta, Heritage Malta, l-Industrial Property Registrations Unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ, Malta Digital Innovation Authority, u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu; u b’kollaborazzjoni mal-Golden Glitch, Kamra tal-Periti, Spazju Kreattiv, l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta; u Lovin Malta bħala l-Partners tal-Media.
Allura, agħmel nota fil-kalendarju u ara l-esibituri minn dan il-link!