Fejn għandek iżżur jekk ser tmur il-Bulgarija

 Fejn għandek iżżur jekk ser tmur il-Bulgarija

Jekk wasalt biex issiefer u ddeċidejt li tmur il-Bulgarija, ippermettulna nagħtukom xi ideat ta’ fejn għandkom żżuru. Dawn huma wħud minnhom –

  1. Dur dawra ma’ Sofia – Jekk ser tkun fil-kapitali tal-Bulgarija, ikun tajjeb li tieħu xi free tour ta’ dan il-belt. Dan jippermettilek tara s-sbuħija tal-post imma anke tieħu idea tal-Istorja li sawwritha.
  2. Żur is-seba’ għadajjar Rila – Dawn l-għadajjar huma fost l-isbaħ fil-peniżola Balkana. Kull għadira għandha l-isem partikolari tagħha li ġie mogħti skont l-għamla u l-kwalità tagħha. L-aktar għadira għolja hija Tear Lake, magħrufa għall-ilma ċar li għandha.
  3. Kul xi Shopska Salad u ixrob ir-Rakia – L-aktar salad popolari fil-Bulgaria huwa x-Shopska Salad li jikkonsisti f’ taħlita ta’ tadam, ħjar, basal u ġobon Bulgaru magħruf bħala Serene. Xarba tipika tal-pajjiż hija r-Rakia, magħmul minn brandy tal-frott.
  4. Imraħ fil-belt ta’ Plovdiv – Din il-belt hija waħda antika u mogħnija b’arkitettura unika. Imprendituri sinjuri kienu bnew ħafna djar u palazzi rjali u wieħed jista’ josserva anke s-soqfa partikolari magħmula minn injam imnaqqax.
  5. Gawdi l-ġnien botaniku Balchik – Balchik mhux biss ġnien botaniku imma palazz. Ħafna jiddeskrivuh bħala ġenna tal-art. L-ebda turist m’għandu jitlef li jżur sit bħal dan fil-Kosta tal-Baħar Iswed Bulgaru. F’dan il-post hemm ukoll diversi kappelli, fosthom: Stella Maris, Alley of Wine u Hanging Terraces. Il-biċċa l-kbira tal-arkitettura toffri wkoll ħarsa lejn il-ġmiel tal-antikitajiet msawru fi żmien il-Medjuevu.

Minn barra dawn il-postijiet li semmejna, wieħed jista’ jikkunsidra wkoll li jmur sal-belt ta’ Nessebar u anke jintilef fis-sbuħija ta’ riservi naturali bħal Siliver u Kaliakra. Il-Bulgarija żgur li huwa pajjiż mżewwaq b’ambjent naturali u arkitettura impressjonanti.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com