Flapjacks

 Flapjacks

Għal-filmat agħfas hawn

Din ir-riċetta għandha l-vantaġġ li tista’ teħodha meta jkollok aptit xi ħaġa ħelwa, kif ukoll bħala snack. Ma fihiex zokkor, u għalhekk il-kaloriji li fiha huma minimi. Riċetta li biex tippreparaha u ssir, ma tieħux aktar minn nofs siegħa. Flapjacks. Jekk qatt ma ppruvajthom, inħajruk tipprova tagħmilhom. Sempliċi

Ingredjenti

100 gramma dqiq self-raising – Lamb brand & Loaded Pantry
100 gramma ħafur Lamb brand & Loaded Pantry
50 gramma lewż u ġellewż Lamb brand & Loaded Pantry
50 gramma frott imnixxef Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina butirAttard & Co
100 gramma għasel

Metodu

1. F’liquidizer, itfa’ l-ħafur u dqiq, u żid magħhom il-lewż, ġellewż u l-frott imnixxef
2. Żid il-butir u l-għasel. Itħan l-ingredjenti kollha
3. F’reċipjent tal-forn, miksi b’karta forno, ferrex nofs it-taħlita
4. Ferrex il-frott imnixxef u ftit lewż fil-wiċċ
5. Ferrex il-kumplament tat-taħlita
6. Erġa’ poġġi xi frott imnixxef u lewż fil-wiċċ
7. Aħmi fil-forn għal-madwar 15-20 minuta
8. Kif isir, qatta’ f’biċċiet żgħar u servi mat-te’, jew bħala snack

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com