Ġenji tal-Ġenn – Iġġorr imqass magħha
Coco Chanel; pijuniera u disinjatriċi Franċiża li rrivoluzzjonat il-moda fil-bidu tas-seklu 20.
Chanel baqgħet popolari għad-disinji li introduċiet u baqgħu famużi sal-lum. Ngħidu aħna, il-libsa sewda sempliċi u lbies eleganti u komdu għan-nisa ħarġu minn taħt idejha.
Il-ħlejjaq tagħha kienu sempliċi u jżommu lill-mara ħielsa u komda fi ħwejjiġha. Sforz l-impenn tagħha, il-moda mxiet ’il bogħod minn stili restrittivi ta’ qabel bħal, ngħidu aħna, tal-era Vittorjana.
Id-ditta li nediet f’ħajjitha, Chanel, għadu simbolu dinji ta’ lussu, finezza u innovazzjoni fid-dinja tal-moda.
Mela kif qed nitkellmu fuqha bħala “ġenja tal-ġenn”?
Chanel, ta’ disinjatriċi gwappa li kienet, dejjem kien ikollha mqass marbut ma’ għonqha. Meta kienet tinnota li xi waħda mill-mudelli tagħha kienet tkun liebsa xi ħaġa maħluqa minn disinjaturi oħrajn, kienet tuża l-imqass biex tagħmel xi qtugħ fl-ilbies.
Għaliex kienet tagħmel hekk? Skontha, bl-alterazzjoni li tagħmlilhom, il-mudelli kienu jidhru iktar eleganti.