Ġenji tal-Ġenn – Jgħid lill-qaddejja biex jieħdu ħwejġu
Ikun hemm min ma semax bl-isem Victor Hugo, imma probabbli jkunu jafu b’Les Miserables jew The Hunchback of Notre Dame. Dawn ix-xogħlijiet huma mill-pinna ta’ Hugo, kittieb, poeta u drammaturgu Franċiż, meqjus bħala wieħed mill-ikbar personaġġi tal-letteratura Franċiża.
Hugo huwa figura importanti għar-Romantiċiżmu Ewropew u kitbietu jirriflettu l-ideat personali u politiċi tiegħu, filwaqt li juri empatija għall-batut. Kien involut fil-politika tant li eżiljawh minn Franza għal 20 sena. Matul l-eżilju kiteb fost l-ifjen xogħlijiet fir-repertorju tiegħu. Meta rritorna lura, kien simbolu ta’ reżistenza kontra t-tirannija.
Għalfejn “ġenju tal-ġenn”?
Jingħad li Hugo kien jisforza lilu nnifsu biex jikteb b’metodi ftit u xejn strambi. Kien iġiegħel lill-qaddejja tiegħu biex jieħdu ħwejġu kollha, biex b’hekk ma jkunx jista’ joħroġ mid-dar u jiffoka biss fuq il-kitba.
Meta kien qed jikteb The Hunchback of Notre Dame, Hugo kien qata’ nofs id-daqna u xagħru u rema l-imqass. B’hekk, jekk ikollu tentazzjoni biex joħroġ mid-dar qabel ilesti, jaħsibha darbtejn biex jevita l-umiljazzjoni soċjali.