Għaġin bil-pesto u t-tonn frisk
Filmat tar-riċetta hawn
Nieklu kemm nieklu għaġin qisna qatt ma nixbgħu minnu. U ma tagħti tort lil ħadd, għax l-għaġin huwa tajjeb ħafna speċjalment meta jkun imħawwar tajjeb. U biex inħawwruh għandna diversi modi, fosthom zlazi li ġejjin minn pajjiżi oħra, fosthom il-pesto
U jekk xbajt issajjar għaġin bl-istess zlazi, nissuġġerilek tipprova din ir-riċetta
Ingredjenti
60 gramma ħabaq frisk – Catania & Cini Ltd
40 gramma ġobon parmeġġjan – Attard & Co
40 gramma ġewż – Lamb brand & Loaded Pantry
2 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa qoxra ta’ lumija maħkuka – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa meraq tal-lumi – Catania & Cini Ltd
Għaġin – Attard & Co La Molisana
Tonn frisk- Catania Fisheries
Żejt taż-żebbuġa – Attard & Co
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
Metodu
1) F’liquidizer itfa’ l-ħabaq frisk u żid il-ġobon parmeġġjan
2) Żid il-ġewż , tewm, qoxra ta’ lumija maħkuka, meraq tal-lumi
3) Itħan sew dawn l-ingredjenti kollha
4) F’borma ibda għalli l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett
5) Sadanittant, f’taġen itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa
6) Qatta’ t-tonn f’biċċiet żgħar u poġġih f’reċipjent. Żid miegħu t-taħlita tal-pesto u ħawwad sew
7) Poġġi t-taħlita ta’ tonn u pesto fit-taġen u żid ftit melħ u bżar
8) Żid l-għaġin mgħolli fit-taġen u kompli ħawwad
9) Aqleb fil-platti u żejjen bil-ħabaq