Għaġin frisk biz-zalza amatriciana

 Għaġin frisk biz-zalza amatriciana

Filmat tar-riċetta hawn

Riċetti tal-għaġin hawn ħafna, u anki fuq din il-paġna għamilna xi wħud. Imma d-differenza li hemm f’din ir-riċetta ta’ llum hi li fiha mhux ser nużaw għaġin tal-pakkett, imma se nuru kif wieħed jista’ jagħmel l-għaġin hu stess. Dan l-għaġin ser inservuh flimkien ma’ zalza Amatriciana. Iz-zalza amatriciana, bħal ħafna zlazi oħra oriġinaw u huma assoċjati ma’ xi belt jew reġjun partikolari . Fil-fatt, iz-zalza amatriciana oriġinat fil-belt ta’ Amatrice, fir-reġjun ta’ Lazio.

Ingredjenti għall-għaġin

500 gramma dqiq – La Molisana, Attard & Co
3 isfra tal-bajd
50 millilitru inbid
4 imgħaref żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Melħ – Lamb brand & Loaded Pantry

Ingredjenti għaz-zalza

115 -il gramma guanicialeChurchill Master Butchers
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Mgħarfa misħun
3 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Bżar aħmar imfarrak – Lamb brand & Loaded Pantry
400 gramma passata tad-tadamLa Molisana, Attard & Co
Frak tal- ħobżLamb brand & Loaded Pantry
Trab tat-tewmLamb brand & Loaded Pantry

Metodu tal-għaġin

1) F’bieqja kbira itfa’ d-dqiq
2) Agħmel toqba f’nofs id-dqiq u żid l-isfra tal-bajd ftit ftit
3) Żid l-inbid u warajh itfa’ ż-żejt
4) Ferrex ftit melħ. Ħawwad sakemm tifforma l-għaġina
5) Gerbeb l-għaġina fl-istretch and seal u ħalliha toqgħod fil-friġġ għal madwar siegħa
6) Iftaħ l-għaġina , preferibbilment bil-magna tal-għaġin sabiex tifforma l-għaġin li tixtieq int
7) F’borma bil-misħun, għalli l-għaġin

Metodu taz-zalza

1) Qatta’ l-guanciale f’biċċiet żgħar u ibda qalliha f’taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa
2) Żid mgħarfa misħun u żid it-tewm imqatta’
3) Żid ftit bżar aħmar mitħun (skont kemm tiggosta) u l-passata tat-tadama u ħawwad sew
4) F’taġen separat żid il-frak tal-ħobż, żejt taż-żebbuġa u tewm mitħun u ħawwad

Qabel isservi

1) Żid l-għaġin li tkun għallejt fit-taġen flimkien maz-zalza u ħawwad sew
2) Aqleb fil-platt u ferrex fuqu it-taħlita tal-frak tal-ħobż, żejt u tewm

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com