Haley Bugeja Tkompli Tbellaħna – Ara X’Għamlet Fil-Logħoba Tal-Inter Kontra Roma ⚽👏🏼

 Haley Bugeja Tkompli Tbellaħna – Ara X’Għamlet Fil-Logħoba Tal-Inter Kontra Roma ⚽👏🏼

Haley Bugeja, l-istilla Maltija li tkompli tagħmel isem fiċ-Ċirku tal-futbol internazzjonali, reġgħet uriet il-kwalitajiet tagħha meta ħarġet min fuq il-bank tal-Inter Women fil-logħba kontra Roma fil-Serie A Femminile. Bugeja, magħrufa għall-istil ta’ logħob fenomimali u teknika mill-aqwa, fi ftit minuti ta’ logħob, għamlet impatt immedjat f’din il-partita.

Bugeja għandha storja ta’ suċċess inkredibbli, anke ta’ età tant żgħira. Wara li għamlet id-debutt tagħha ma’ Mġarr United fl-età ta’ 14 sena fil-Maltese Women’s League, malajr irnexxielha ssir waħda mill-aqwa plejers tal-kampjonat, fejn kienet il-plejer tas-sena għal sentejn konsekuttivi. It-talenti tagħha malajr ġew innutati, u fl-2020 ffirmat kuntratt ta’ tliet snin ma’ Sassuolo fl-Italja, fejn ikkonfermat l-istatus tagħha bħala waħda mill-plejers żgħażagħ li qed tiġi segwita, meta skorjat darbtejn fid-debutt tagħha kontra Napoli fl-età ta’ 16-il sena biss.

L-avventura ta’ Bugeja kompliet meta fl-2022 ingħaqdet ma’ Orlando Pride fl-Istati Uniti, iżda ma dametx wisq qabel ma rritornat l-Italja biex tingħaqad ma’ Inter Milan fl-2023. Fuq livell internazzjonali, Bugeja hija membru mportanti fit-tim nazzjonali Malti. Bid-debutt tagħha fl-età ta’ 14-il sena, hija diġà rnexxielha tispikka bil-gowls tagħha u b’wirjiet impressjonanti. Tista’ tgħid li l-futur tal-futbol Malti qiegħed f’idejn żgħażugħa b’potenzjal enormi.

L-impenn u l-passjoni ta’ Bugeja għal-logħba jagħmluha ispirazzjoni mhux biss għal dawk li jsegwuha, iżda wkoll għal kull min jinteressah id-dinja tal-futbol. 

 

Sors: MFA Women’s Football

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com