Hawn aktar minn 5000 nannakola differenti, u mhux kollha bl-aħmar
Ilek ma tara sebbellika jew żeppellika? Forsi ma tafx il-kelma, imma żgur smajt bin-nannakola, dak l-insett li kulħadd jiggosta. Aħmar bit-tikek suwed! Imma kont taf li n-nannakola mhux bilfors ikollha dawk il-kuluri? In-nannakoli jistgħu ikunu ta’ kulur differenti, fosthom sofor, oranġjo jew kannella, filwaqt li t-tikek li huma tant magħrufa għalihom jistgħu ikunu bojod jew ħomor ukoll.
Jekk ma kontx taf l-ewwel fatt dwar in-nannakoli,, ara tafx dawn il-kumplament tal-fatti dwar in-nannakoli.
2) In-numru ta’ tikek fuq in-nannakola ma jindikax, kif ħafna jaħsbu kemm għandha żmien, imma jindika l-ispeċi li ġejja minnha. Apparti l-ammont u l-kulur tat-tikek, il-kulur tan-nannakola ukoll jagħmel differenza sabiex tidentifika l-ispeċi
3) Hawn diversi speċi ta’ nannakoli, tant li madwar id-dinja hawn aktar minn 5000 differenti
4) Hawn speċi ta’ nannakoli li flok tikek ikollhom strixxi
5) In-nannakola ta’ speċi Harlequin hija l-aktar speċi invażiva, u qed teqred speċi oħra
6) In-nannakola hija speċi li tagħmel ħafna ġid fil-ġnien
7) In-nannakoli jorqdu għal tul ta’ xhur, normalment minn Ottubru sa Frar
8) Nannakola kapaċi tgħix sa tlett snin
9) In-nannakoli mhux l-ewwel darba li jieklu oħrajn bħalhom jew jieklu l-bajd tan-nannakoli stess
10) In-nannakoli huma assoċjati mal-fortuna u fertilita
11) L-isem għal nannakola bl-Iżvediż huwa Himmelska nycla li jfisser ċavetta għall-ġenna