Ħobża mimlija

 Ħobża mimlija

Filmat tar-riċetta hawn

Forsi ħafna jirraġuna li l-iħfef ħaġa li nistgħu nagħmlu meta jkollna bżonn il-ħobż huwa li mmorru nixtru dan il-prodott illi wiħed jista’ jsibu faċilment f’diversi ħwienet f’kull ħin tal-ġurnata. Imma xi ħaġa li nkunu għamilniha aħna, ittina s-sodisfazzjon li nkunu ħejjejna xi ħaġa friska għall-familja tagħna.

Riċetta sempliċi, illi mhux biss se toffrilna ħobża friska, imma ttina l-opportunita li nippreżentawha lil mistednin waqt xi ikla. Immaġina jkollok il-mitednin, u sservihom b’ħobż għadu ħiereġ mill-forn.

F’din ir-riċetta, se nimlew din il-ħobża biċ-ċanga u l-ħaxix

Ingredjenti għall-ħobża

200 gramma dqiqLamb brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ kuċċarina ħmira niexfa – Lamb brand & Loaded Pantry
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
Riegnu
Lamb brand & Loaded Pantry
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Nofs kuċċarina zokkor Lamb brand & Loaded Pantry
120 millilitru ilma fietel
Ġunġlien Lamb brand & Loaded Pantry

Ingredjenti għall-mili

ButirAttard & Co
3 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Sagħtar Lamb brand & Loaded Pantry
Steak taċ-ċangaChurchill Master Butchers
Melħ u bżar – Lamb brand & Loaded Pantry
Ħassa – Catania & Cini Ltd
Tadama
Catania & Cini Ltd

Metodu tal-ħobża

1) F’reċipjent ftit kbir, agħrbel id-dqiq u żid il-ħmira
2) Żid il-melħ, bżar u riegnu, skont kemm tiggosta
3) Mat-taħlita, żid mgħarfa żejt taż-żebbuġa u z-zokkor
4) Ferra l-ilma bil-mod fit-taħlita, importanti li l-ilma jkun fietel u mhux jagħli
5) Ħawwad u ibda fforma l-għaġina
6) F’reċipjent ieħor itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u dellek ir-reċipjent
7) Itfa’ l-għaġina u ħalliha toqgħod għal mill-anqas siegħa
8) Fuq chopping board, ferrex ftit dqiq, iftaħ l-għaġina u fforma blalen, daqs li tixtieq
9) Uża sikkina biex tagħmel fetħiet żgħar
10) Idlek l-għaġina bi ftit żejt taż-żebbuġa u ferrex ftit ġunġlien
11) Ħalli l-għaġina toqgħod għal 10 minuti oħra biex l-għaġina togħla ftit ieħor
12) Sajjar fil-forn

Metodu għall-mili

1) F’taġen itfa’ ftit butir u żid it-tewm imqatta’ u s-sagħtar, u żid ftit melħ u bżar
2) Żid il-laħam u aqli
3) Kif isir il-laħam, qattgħu f’biċċiet żgħar

Qabel isservi

1) Aqsam il-ħobża minn nofs, u fuqha ferrex ftit mill-likwidu li baqa’ fit-taġen
2) Poġġi l-biċċiet tal-laħam imqatta’ u fuqhom poġġi l-ħassa u t-tadama

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com