Illum l-aħħar jum li tista’ tattendi esperjenza tekonoloġika unika f’Ta’ Qali

 Illum l-aħħar jum li tista’ tattendi esperjenza tekonoloġika unika f’Ta’ Qali

Iva, bħalissa hemm għaddej avveniment interessanti teknoloġiku f’Ta’ Qali. Jekk inti tinteressak it-teknoloġija u tixtieq tara x’qed jiġi żviluppat sabiex din tibqa’ tkun parti mill-futur tagħna, mela kompli aqra ħalli tara kif tista’ tqatta’ dan il-jum daqsxejn imsaħħab.

Waqt it-TechXpo Malta, li se tiftaħ għall-aħħar jum tagħha llum, bejn l-10am u l-5pm, se tkun tista’ titgħallem dwar diversi inizjattivi teknoloġiċi, tiltaqa’ ma’ kumpaniji varji f’dan il-qasam u anke tesperjenza arcade games tal-passat. 

Diversi kumpaniji se jkunu qed jeżibixxu ruħhom waqt dan l-avveniment u se jagħtuk l-opportunità li tapplika għal pożizzjonijiet li għandhom miftuħin bħalissa. Se tkunu tistgħu tesperjenzaw it-tħaddim ta’ VR set li s’issa għadna qatt ma rajna t-tip tiegħu Malta. Se jkun hemm ukoll drone speċjali li se jkun qed jagħmel attività relatata mas-saħħa. 

Apparti milli taraw kif it-teknoloġija se tkompli takkumpanjana fil-futur, se tkunu tistgħu tivvjaġġaw lura fil-passat billi tilagħbu għażla vasta ta’ arcade games li hemm disponibbli waqt dan l-avveniment uniku, fosthom pacman!

Żommu f’moħħkom li t-teknoloġija fil-futur, ser ikollna bżonnha żgur! Akkwista l-biljett b’xejn tiegħek għal-lum minn hawn.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com