It-Tifsira Moħbija Ta’ “Bohemian Rhapsody” Li Se Tħallik Imbellaħ!

 It-Tifsira Moħbija Ta’ “Bohemian Rhapsody” Li Se Tħallik Imbellaħ!

Ħafna jħobbu il-kanzunetta tant famuża; “Bohemian Rhapsody” tal-Queen, imma ftit jafu t-tifsira vera tagħha. Għaliex jisimha hekk? Għaliex iddum eżattament 5 minuti u 55 sekonda? X’inhi t-tifsira wara din il-kanzunetta ikonika?

Nibdew bl-isem: Bohemian Rhapsody. Rhapsody huwa tip ta’ mużika magħmula minn sezzjonijiet varji li ma jidhirx li għandhom relazzjoni diretta bejniethom. Il-kelma “rhapsody” ġejja mil-Grieg u tfisser “partijiet magħquda ta’ kanzunetta”. Il-kelma “bohemian”, min-naħa l-oħra, tirreferi għal reġjun fil-Ċekja jismu Bohemia, fejn twieled il-karattru Faust mill-istorja famuża tal-kittieb Goethe. Il-kanzunetta tirrifletti l-istorja ta’ Faust, li għamel patt max-xitan biex igawdi l-ħajja, imma spiċċa jħossu mitluf u miżerabbli, bażikament ħassu fi ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin.

Freddie Mercury, il-mexxej ta’ Queen, kiteb din il-kanzunetta u jirreferi għaliha bħala rhapsody li tinvolvi 7 partijiet distinti: minn akkappella għal ballad, rock u anke partijiet operistiċi. L-istil mużikali mħallat jirrifletti t-tema kbira tal-kanzunetta – it-taqbida interna tal-karattru li qed jipprova jifhem jekk il-ħajja hijiex reali jew sempliċi immaġinazzjoni jew illużjoni.

L-istampa tal-kanzunetta tibda’ bl-ewwel versi tagħha: “Mama, I just killed a man…” Freddie ma kienx qed jgħidilna li qatel raġel ieħor, imma lilu nnifsu. Il-kanzunetta tirrakkonta patt max-xitan, simili għal Faust, u t-taqbida tiegħu bejn il-ħażin u t-tajjeb, fejn jispiċċa jitlob biex jaħrab mid-dalma sewda li kien sab ruħu fiha.

Interessanti wkoll kif il-kanzunetta iddum eżattament 5:55 minuti. Freddie kien iffisat fuq l-astroloġija, u n-numru 555 għandu assoċjazzjoni mal-mewt spiritwali u bidliet ġodda fil-ħajja.

Forsi l-iktar fattur tal-għaġeb hu li din il-kanzunetta ddaqqet għall-ewwel darba fit-31 ta’ Ottubru, 1975 – Jum il-Qaddisin Kollha. Din il-kanzunetta tibqa’ waħda minn l-iktar kompożizzjonijiet mużikali maestużi tal-istorja, u ftit hawn fid-dinja li qatt ma semgħuha u għandhom l-opinjonijiet tagħhom dwarha!

Sors: Jorge Palazón minn Madrid, Spanja

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com