Ivvintat apparat biex iżżomm ħalqek magħluq u ma tiekolx

 Ivvintat apparat biex iżżomm ħalqek magħluq u ma tiekolx

Xbajt tipprova tagħmel dieti biex tonqos mill-piż? Ġieli xtaqt tagħlaq ħalqek u ma tiftħux? Tgħidha b’ċajta, imma jidher li xi xjentisti ħadu din l-affari bis-serjeta, tant li vvintaw biċċa apparat ċkejken li bih bniedem iżomm ħalqu magħluq

Xjentisti Ingliżi u oħrajn mill-Universita ta’ Otago żviluppaw dak li hu msejjaħ DentalSlim Diet Control. Dan l-apparat li jrid jiġi installat mid-dentisti huwa tip ta’ kalamita li ma jħallikx tiftaħ ħalqek aktar minn 2 millimetri, sabiex tkun tista’ tieħu likwidi biss. Dan l-apparat ma jtellifx la n-nifs u lanqas itellef il-faċilita biex wieħed jitkellem

Parteċipanti li ħadu sehem fir-riċerka, f’ġimagħtejn biss tilfu medja ta’ 6 kilos kull wieħed, u kienu motivati sabiex ikomplu jsegwu din l-istil ta’ ħajja. Wieħed mir-riċerkaturi qal li dan l-apparat hu xi ħaġa affordabbli u sigur. Aktar minn hekk, minkejja li jrid jiġi installat minn dentist, l-apparat jista’ jitneħħa mill-persuna nfisha f’każ ta’ bżonn, billi l-persuna jagħmel użu minn ” ċavetta” apposta biex jiftaħ l-apparat

Tajjeb li nsemmu li dan l-apparat ma kienx l-ewwel tentativ li jiġi żvillupat xi ħaġa li biha l-bniedem iżomm ħalqu magħluq, hekk kif xi ħaġa bl-istess skop kienet ġiet ivvintata lura fis-snin 80. Madankollu, il-proċedura ta’ dak iż-żmien kellha diversi riskji fosthom riskju li wieħed jirremetti, b’possibilta li jifga. Aktar minn hekk, persuni li kienu għamlu dak l-intervent, kellhom problemi b’infezzjonijiet fil-ħanek wara xi xhur

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com