Jagħmel ktajjen tad-deheb flok xagħar

 Jagħmel ktajjen tad-deheb flok xagħar

Ir-rapper Dan Sur ġie kkritikat mill-esperti, hekk kif huwa għamel sensiela ta’ interventi sabiex jagħmel tibdil fuq rasu. Huwa implanta ammont ta’ ktajjen tad-deheb minflok xagħar. L-esperti mediċi ħarġu jikkritakaw din id-deċiżjoni, u wissew lis-segwaċi tiegħu sabiex ma jikkupjawx din l-idea li ħareġ biha, u attwa l-idolu tagħhom.

Il-biża’ tal-esperti hi li xi ħadd mill-miljuni tas-segwaċi ta’ Dan Sur jikkopja din il-“ġennata”, xi ħaġa li ma tantx hi rakkomandata għas-saħħa tal-bniedem.

Wara dawn l-interventi, Dan Sur jista’ jgħid li għandu xagħru dehebi, mhux biss il-kulur imma għandu xagħar tad-deheb

Forsi dan ix-xagħar jista’ jidher sabiħ u oriġinali, imma dan ix-xagħar jista’ jkun xi ħaġa perikoluża ħafna. Ir-riskju ta’ din il-ħaġa kien xi ħaġa li ssemmiet ukoll mill-Konsulent tal-kirurġija plastika Dr Frank Agullo. Skont Agullo trapjanti bħal dawn jikkawżaw riskju akbar illi l-batterja li normalment tgħix fuq barra tal-ġilda, hija aktar faċli illi tidħol ġewwa, qrib l-għadam li jipproteġi l-moħħ

Apparti minn dan, hemm riskju ikkaġunat mit-toqol ta’ dawn il-ktajjen. Dan it-toqol jista’ jikkawża ħsara fl-għadam tar-ras, fosthom ksur

Riskju ieħor issemma’ mid-dermatoloġista Mona Gohara, fejn din enfasizzat illi r-rapper jista’ jkollu telf ta’ xagħar permanenti minħabba inflammazzjoni

Madankollu, r-rapper jidher li ma kellux problem b’dawn il-ktajjen, anki jekk ilhom fuqhom 3 snin

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com