Jgħidulek li se jinbidlu…għandek temminhom?
Li persuna tinbidel hija possibbli, pero ħadd ma jinbidel mingħajr ma jagħmel l-isforz neċessarju, mingħajr ma jifhem lilu nniffsu biżżejjed u jimmotiva lilu nniffsu ta’ kuljum biex jibdel l-aġir tiegħu għall-aħjar.
L-attitudni tista’ tinbidel?
Skond l-Assoċjazzjoni Psikoloġika Amerikana, l-attitudni u l-aġir ta’ persuna huwa bbażat fuq dak li temmen, l-emozzjonijiet tagħha, esperjenzi u forsi trawmi li għaddiet minnhom fil-passat. Filwaqt li l-attitudni li tkun ġejja minn trawma fil-passat jista’ jkun li twassal għal kumplikazzjonijiet, jekk dak li jkun imur għal terapija u jindirizza l-kawża prinċipali tal-attitudni u jista’ jindirizzahom u jitgħallem modi biex ikolli attitudni aktar sana.
Il-vizzji u l-abbitudnijiet jinbidlu?
Il-vizzji u l-abbitudnijiet, kemm dawk pożittivi, kif ukoll dawk negattivi jistgħu jinbidlu. Dawn huma atteġjamenti li jiġuna awtomatiċi għax huma riżultat ta’ aġir repetut, u l-persuni jadattaw għalihom skond l-isfidi u ċ-ċirkustanzi tal-ħajja. Biex jinbidlu l-vizzji u l-abbitudnijiet, wieħed irid ikun konxju u jisforza lilu nniffsu biex jipprattika aġir ġdid sakemm dan isir abbitudni.
Il-karatterstiċi tal-personalita ta’ persuna, jinbidlu?
Il-personalita ta’ persuna tevolvi maż-żmien, madanakollu t-tibdil ta’ karatteristiċi prinċipali jaf ikun diffiċli. Eżempju persuna estroverta, ma tistax tinbidel għal persuna introverta, iżda esperjenzi li tgħaddi minnhom jaf jibdluha xi ftit żgħira ‘l hemm jew ‘l hawn. Dawn il-ħames karatteristiċi jingħad li mhux possibbli jinbidlu:
- Persuni li jkunu jridu l-gratifikazzjoni esterna.
- Persuni li jpoġġi l-bżonnijiet ta’ persuni oħrajn qabel dawk tagħhom.
- Persuni li għandhom karattru miftuħ għal esperjenzi differenti.
- Persuni li huma ffissati li jagħmlu x-xogħol tagħhom sew.
- Persuni li jsofru minn ħsibijiet negattivi dwarhom innifishom.
Attitudnijiet li jweġġgħu lil ħaddieħor jistgħu jinbidlu?
Iva, anke dawn jistgħu jinbidlu, iżda dak li jkun irid iżomm lilu nnifsu responsabbli. Aġir tat-tip, ħafna drabi jiġi minn trawmi fil-passat u problemi fis-saħħa mentali. Allura jkun diffiċli li dak li jkun joħroġ minnhom mingħajr għajnuna professjonali. Madanakollu dawn l-attitudnjiet u atteġjamenti wieħed jitgħallimhom, u allura hemm ċans li dak li jkun jinsihom ukoll bil-motivazzjoni u s-sapport ġusti.