Kari tat-tiġieġ bil-ħalib tal-ġewż tal-indi

 Kari tat-tiġieġ bil-ħalib tal-ġewż tal-indi

Filmat tar-riċetta hawn

It-tiġieġ u r-ross huma kumbinazzjoni li nistgħu nagħmluhom ta’ spiss, hekk kif bi ftit varjetajiet ta’ kif nippreparaw iz-zalza, nistgħu noħolqu platti varjati, kemm f’dik li hi togħma, u kemm f’dik li hi dehra. Għal uħud dawn it-tip ta’ platti, ifittxuhom l-aktar fir-ristoranti speċjalizzati, madankollu dawn huma platti sempliċi, li tista’ tippreparahom id-dar, mingħajr m’għandek bżonn xi apparat jew ingredjenti speċjali

Ingredjenti

3 faqqiegħ kbar – Catania & Cini Ltd
2 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Kuċċarina ġinġer frisk maħkuk – Catania & Cini Ltd
Mgħarfa u nofs żejt taż-żebbuġaAttard & Co
250 gramma tiġieġ bla għadam – Churchill Master Butchers
Żewġ imgħaref u nofs trab tal-kariLamb brand & Loaded Pantry
150 millitru ħalib tal-ġewż tal-indiAttard & Co
3 imgħaref jogurt GriegAttard & Co
1-2 imgħaref passata tat-tadamAttard & Co
150 millilitru stokk tat-tiġieġItsu Attard & Co
200 gramm ross Tajlandiż – Attard & Co

Metodu

1) Qatta’ l-faqqiegħ u t-tewm f’biċċiet żgħar
2) F’taġen, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa, u itfa’ il-faqqiegħ, tewm u ġinġer
3) Qalli sew, u żid il-biċċiet tat-tiġieġ biex dan ukoll jitqalla’ sew
4) Itfa’ l-kari u ħawwad sew
5) Ħalli t-tiġieġ isir u żid il-ħalib tal-ġewż tal-indi
6) Ħawwad sew u żid il-jogurt Grieg
7) Żid it-tadam u l-istokk
8) Ipprepara r-ross skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett
9) Servi r-ross mal-kari li tkun ippreparajt

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com