Kif jinqala diżgwid ma’ tal-komun

 Kif jinqala diżgwid ma’ tal-komun

Ħafna mir-residenzi llum il-ġurnata huma blokok ta’ appartamenti. F’ kull blokka jkun hemm minn kull tip ta’ persuni u allura faċilment jinqala’ xi diżgwid.

Sfortunatament, ġlied fil-kondominju jseħħ ta’ spiss u xi drabi jispiċċaw anke fit-tribunal. Ta’ min ifakkar li l-ewwel punt ta’ riferiment dejjem għandu jkun l-amministratur tal-blokka. Dan tal-aħħar għandu s-setgħa jimmulta skont il-problemi li jinqalgħu. Hemm ċans li l-każ ikollu jgħaddi minn azzjoni ġudizzjarja jekk il-ftehim ma jintlaħaqx permezz ta’ medjazzjoni obbligatorja. Għaldaqstant, ikun għaqli li t-tilwim tal-kondominju jiġi solvut mingħajr battibekki u spejjeż legali żejda.

L-aktar tilwim komuni

Ir-raġunijiet jistgħu ikunu varji iżda fost l-iktar komuni nsibu dawn li ġejjin:

  • Ħsejjes meqjusa tedjanti: Hemm min jilmenta għax jisma’ l-mużika għolja tal-ġar, jew għax dan tal-aħħar jixgħel xi ‘appliances’ mhux f’ħin komuni.
  • Preżenza ta’ annimali: Fil-verità, ħadd ma jista’ jobbliga li ma jkunx hemm annimali, imma hemm min minħabba raġunijiet ta’ iġjene, l-annimali jdejquh.
  • In-nuqqas ta’ parkeġġ: Meta ma jkunx hemm spazju biżżejjed ta’ parkeġġ, jista’ jagħti l-kas li jinqala’ xi inkwiet minħabba f’hekk.
  • L-użu tal-komun: Ikun hemm min juża l-komun kif jixtieq u mingħajr ma jkun jaf ikun qed joħloq skumdità lin-nies tal-appartamenti l-oħra.

Allura, hemm xi modi li jistgħu jgħinuna nnaqsu l-problemi tal-komun sa mill-bidu nett? Se nsemmu xi ftit punti li ta’ min iżommhom f’moħħu –

  • Noqogħdu attenti għal mod kif inġibu ruħna.
  • Nipprovaw inpoġġu ruħna fiż-żarbun ta’ ħaddieħor.
  • Naħkmu aħjar l-emozzjonijiet tagħna.
  • Nifhmu sew ir-raġunijiet tal-oħrajn.
  • Nibnu relazzjonijiet tajba.
  • Nipprovaw immorru għal għajn dak li jkun ladarba nidentifikaw x’tip ta’ karattru għandu.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com