Klamari moqlija servuti ma’ quinoa

 Klamari moqlija servuti ma’ quinoa

Filmat tar-riċetta hawn

Għal dawk li jħobbu l-affarijiet tal-baħar, ikla klamari tinżel għasel. U x’taħseb kieku minflok xi ftit chips jew ħaxix isservih bil-quinoa? Riċetta sempliċi, li żgur se toffri togħma tajba, kif ukoll tevitalna s-sens ta’ ħtija li nkunu kilna xi ħaġa li mhux tajba għal saħħitna bħal chips

Ingredjenti

Nofs tazza bulgur u quinoaLamb brand & Loaded Pantry
Nofs tazza pesto
800 gramma klamariCatania Fisheries
200 gramma dqiqAttard & Co La Molisana
Paprika ħelwa – Lamb brand & Loaded Pantry
Bżar u melħLamb brand & Loaded Pantry
BaslaCatania & Cini Ltd
Nofs bżaru aħmar u nofs bżaru isfar –Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Trab tat-tewmLamb brand & Loaded Pantry

Metodu

1) Fil-misħun jagħli itfa’ l-bulgur u quinoa
2) Kif isir, saffih, u miegħu itfa’ nofs tazza pesto u ħawwad sew
3) F’tilar tal-forn separat itfa’ l-basla u l-bżar tal-kulur
4) Fuq it-taħlita tal-basal u bżar, ferrex ftit żejt taż-żebbuġa, melħ u trab tat-tewm
5) Sajjar din it-taħlita fil-forn għal madwar 20-25 minuta
6) Itfa’ din it-taħlita li tkun saret fuq il-bulgur u quinoa u ħawwad sew
7) Qatta’ l-klamari f’biċċiet żgħar
8) F’bieqja kbira itfa’ d-dqiq
9) Żid ftit paprika ħelwa u ħawwad sew mad-dqiq
10) Żid il-bżar il-melħ, u erġa’ ħawwad
11) Itfa’ l-biċċiet tal-klamari fid-dqiq, u ħawwad sakemm il-klamari jinksew bid-dqiq
12) F’taġen biż-żejt aqli l-klamari. Poġġihom fuq karta sabiex jinxtoob iż-żejt
13) Aqleb il-quinoa fil-platti u fuqhom itfa’ l-biċċiet tal-klamari

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com