Kontu tafu li mhux il-bnedmin biss jidħqu?

 Kontu tafu li mhux il-bnedmin biss jidħqu?

Hekk hu, mhux il-bnedmin biss huma kapaċi jidħqu. Skont studji li saru mill-Università ta’ California mmexxija minn Winkler u Bryant, jirriżulta li anke l-annimali jagħmlu hekk. Ġie skopert li hemm madwar 65 speċi li f’kuntesti speċifiċi fejn ikunu qed jilagħbu  jew ikunu qegħdin f’armonija flimkien, dawn l-annimali joħolqu ħsejjes simili ħafna għad-daħq tal-bniedem.  

Din ir-riċerka li ġiet ippubblikata fil-Bioacustics Journal kellha l-għan li tivverifika li mhux ix-xadini l-kbar u l-ġrieden biss jidħqu. It-tfittix u l-istudji tar-riċerkaturi jidentifikaw anke annimali oħra fosthom: il-baqar, il-klieb, il-volpi,is-seals u anke l-għasafar.

Id-diffikultà hija li d-daħq ta’ dawn l-annimali mhux lakemm il-bniedem jagħrafhom jew inkella jismagħhom. Ta’ min iżid, li skont Darwnin, anke d-daħqa tal-bniedem stess ħadet iż-żmien biex żviluppat u tiġi rrikonoxxuta kif inhi llum. Ix-xadini jfaqqgħu daħq simili għal dawk tal-umani, imma mbagħad hemm speċi oħra li d-daħq tagħhom huma ultrasonici, jiġifieri li ma jiġux ipperċepiti mill-ismigħ uman u jieħdu forom differenti. Huwa biss b’osservazzjoni mil-qrib li wieħed ikun jista’ jipparagunaha sewwa mad-daħqa tal-bnedmin.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com