Kull ċelebrazzjoni ta’ gowl għandha tifsira

 Kull ċelebrazzjoni ta’ gowl għandha tifsira

Kull player tal-futbol li jiskorja f’xi logħba jiċċelebra. Imma hemm uħud li ċ-ċelebrazzjoni tagħhom hi speċjali għalihom: xi ħaġa marbuta magħhom biss. Tant din iċ-ċelebrazzjoni issir parti minnhom li anki jużawha f’xi video game

Wara kull ċelebrazzjoni ikun hemm tifsira. Probabbli dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ġieli rajthom, imma kont taf it-tifsira warajhom?

Lamine Yamal biex jiċċelebra meta jiskorja, b’idejh jagħmel sinjal u jifforma n-numru 304. Qatt għadda minn moħħok li dak in-numru huwa referenza għall-aħħar 3 numri tan-numru tal-akwata li kiber fiha hu?

Ovvjament forsi l-aktar ċelebrazzjoni popolari, tant li tiġi kkupjata minn ħafna tfal issir mill-istill Portugiża, Cristiano Ronaldo. Il-famuża Siu. Kull ma tfisser din il-frażi hija l-kelma iva. Ħaġa sempliċi li saret xi ħaġa veru popolari

Luis Suarez meta jiskorja kien ibus 3 iswaba u idu. Kull bewsa fiha tifkira lejn il-mara, tifla u l-familja tiegħu

Messi jipponta żewġt iswaba lejn is-sema, u dan jagħmlu għaliex hu jiddedika il-gowls li jiskorja lejn nanntu

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Mbappe, fejn jagħmel iż-żewġ idejn ma’ sidru u jħares fit-tul, oriġinarjament ma ġietx ivvintata minnu. Din iċ-ċelebrazzjoni ġiet ivvintata minn ħuh waqt logħba futbol , logħba fuq kompjuter

L-ex player Brażiljan Bebeto, deher qisu qiegħed ibennen tarbija meta ċċelebra l-gowl skurjat minnu fit-Tazza tad-Dinja tal-1994. Din iċ-ċelebrazzjoni saret b’referenza għat-tarbija li martu kienet wildet jumejn qabel

Apparti dawn hemm ħafna players oħra li ċ-ċelebrazzjoni tagħhom baqgħet famuża. Oħrajn jiċċelebraw biss ma’ sħabhom jew mas-sipporters tagħhom

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com