Kuskus bil-ħaxix servut mal-gambli

 Kuskus bil-ħaxix servut mal-gambli

Filmat tar-riċetta hawn

Kultant tkun mgħaġġel u ma tantx ikollok ħin sabiex issajjar. Meta jiġri hekk, ħafna drabi nispiċċaw jew nixtru xi ikel minn barra, jew nieklu xi ħaġa milli jkollna fil-friża. Imma din l-ikla li qed nippreżentaw, tista’ sservina utli għal sitwazzjonijiet bħal dawn, hekk kif tieħu biss ftit minuti sabiex tippreparaha. Ikla li hi tajba ukoll għal dawk li ma jieklux laħam

Ingredjenti

300g kuskus tal-lumi u nagħniegħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
50 gramma ġewż tal-arznu (Pine nuts) – Lamb Brand & Loaded Pantry
2 kuċċarini kemmunLamb Brand & Loaded Pantry
3 kuċċarini żerriegħa tal-bużbieżLamb Brand & Loaded Pantry
2 bżariet ħomor imqatta’ żgħar – Catania & Cini Ltd
Brunġiela – Catania & Cini Ltd
Qarabagħlija
Catania & Cini Ltd
2 imgħaref u nofs żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Ftit butirAttard & Co
Gambli Catania Fisheries
Trab tat-tewm – Lamb Brand & Loaded Pantry
Melħ u bżar – Lamb Brand & Loaded Pantry
Tursin
Catania & Cini Ltd

Metodu

1. F’borma bil-misħun jagħli, itfa’ l-kuskus u ħawwad sew
2. Qalli il-ġewż tal-arznu fit-taġen u ixwih ftit
3. Qatta’ il-bżar aħmar, qarabagħli, u l-brunġiela f’biċċiet żgħar
4. Itfa’ l-ħaxix li qattajt f’reċipjent u żid magħhom mgħarfa u nofs żejt taż-żebbuġa
5. Żid il-kemmun u l-bużbież u ħawwad sew
6. Fit-taġen itfa’ ftit butir u mgħarfa żejt taż-żebbuġa
7. Kif idub il-butir, qalli l-gambli, u żid ftit trab tat-tewm, melħ u bżar
8. Ħallat il-kuskus mal-ħaxix u żid ftit tursin
9. Żid il-ġewż tal-arznu li tkun xwejt ftit fuq taġen
10. Aqleb il-kuskus fil-platti u itfa’ l-gambli fil-wiċċ

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com