L-Aħħar Jiem tal-Valletta Food Festival 2024- Ara X’Hemm Jistennik!

 L-Aħħar Jiem tal-Valletta Food Festival 2024- Ara X’Hemm Jistennik!

Il-Valletta Local Food Festival 2024 se jsir bejn it-18 u l-20 ta’ Ottubru fiċ-ċentru tal-Belt Valletta, speċifikament fil-Valletta Design Cluster. Dan il-festival huwa mfassal biex ifakkar u jiċċelebra l-wirt kulinarju Malti, billi joffri vetrina ta’ platti tradizzjonali kif ukoll togħmiet innovattivi minn koki u produtturi lokali. L-avveniment se jkun miftuħ għal kulħadd u l-entratura hija mingħajr ħlas.

Fost il-platti li jistgħu jduqu l-viżitaturi hemm ħelu tradizzjonali bħal krustini u mqaret bil-ġelat, u platti popolari bħal timpana, ravjul, u pulpetti tal-lampuki. Se jkunu preżenti wkoll prodotti oħra bħall-ġbejniet u bigilla, offruti minn negozji lokali. Filwaqt li għal dawk li jħobbu t-togħmiet aktar partikolari, jistgħu jduqu prodotti tal-felfel differenti bħal ġammijiet u zlazi.

Il-festival huwa wkoll spazju għall-produtturi lokali biex juru t-talenti tagħhom u jgħaqqdu t-tradizzjonijiet antiki ma’ dawk moderni. Ser ikun hemm ukoll ħelu tradizzjonali Malti, kif ukoll pastizzi, ottijiet, biskuttini, u ħelu ieħor li jagħmel parti kbira mill-kultura Maltija.

Minbarra l-esperjenza kulinarja, il-festival se jinkludi wkoll workshops speċjali. Wieħed minnhom hu mmexxi minn MALTAccelerate, parti mill-inizjattiva EIT Food, li ser jiffoka fuq kumpaniji ġodda fis-settur tal-agrikoltura u produzzjoni tal-ikel. Se jkun hemm ukoll preżentazzjoni mill-kok Ronnie Caruana, li se jaqsam l-esperjenza tiegħu fil-ħolqien ta’ ħelu Malti.

Il-Valletta Local Food Festival 2024 mhux biss joffri togħmiet tal-gastronomija Maltija, iżda wkoll opportunità biex in-nies jinġabru flimkien u jgawdu minn atmosfera rilassata b’mużika live u artiġjanat Malti. Il-festival ser isir fil-Ġimgħa u s-Sibt bejn is-6:00pm u l-11:00pm, filwaqt li l-Ħadd, il-festival jibda fid-9:00am u jibqa’ sejjer sal-5:00pm

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com