L-ittri wara n-numru għandhom tifsira

 L-ittri wara n-numru għandhom tifsira

Huwa ta’ mportanza li kull min jagħlaq l-erbatax -il sena f’Malta japplika sabiex ikollu l-karta tal-identita’. Karta tal-identita’ hija bżonn meta tmur f’xi bank, tista’ tużaha flok passaport (18+) jew meta jkun hemm bżonn identifikazzjoni. Aktar minn hekk, mal-karta tal-identita’, tkun eleġġibli ukoll għal E ID, li hija neċessarja sabiex tużaha online, eżempju biex tapplika għal eżamijiet

Imma n-numru tal-karta tal-identita’ jingħata mar-reġistrazzjoni tat-tarbija. 7 numri, normalment fil-każ ta’ ħafna snin ikun jibda bin- numru O u huma biss ftit snin partikolari ( ħafna drabi snin ta’ wara l-gwerra) li l-ewwel numru ikun 1. Imma apparti n-numru ikun hemm ittra? Ġieli tajt każ xi jfissru dawn l-ittri?

L-aktar komuni hija l-ittra M li kienet tingħata lil dawk il-persuni li twieldu bejn 1900 u s-sena 1999. Persuni li twieldu f’dawn l-istess snin f’Għawdex kienu jingħataw l-ittra G

Mal-qalba tal-Millenju kellna bidla fl-ittri li bdew jingħataw lil dawk it-tfal imwielda mis-sena 2000 ‘il quddiem. Dan sar sabiex ma jkunx hemm tgerfix ma’ nies li twieldu fl-istess sena imma ta’ seklu qabel. Għalhekk dawk imwielda Malta bdew jingħataw l-ittra L, waqt dawk imwielda fil-gżira tat-tlett għoljiet bdew jingħataw l-ittra H

Dawk il-barranin li għandhom il-permess ta’ residenza jingħataw l-ittra A, waqt li persuni Maltin li kienu twieldu f’pajjiż barrani u ma setgħux jipprovdu ċ-ċertifikat tat-twelid bdew jingħataw l-ittra P

Minbarra dawk li twieldu f’Malta, persuni li ġabu ċ-ċittadinanza ukoll ingħataw l-ittra skont is-sena li ingħataw din iċ-ċittadinanza. Eżempju barrani li ġab ċittadinanza Maltija fl- 1998 ingħataw l-ittra M waqt li dawk li ġabuha wara l-2000 ingħataw l-ittra L

Dawk imsemmija forsi ġieliltqajna magħhom. Imma ġieli iltqajt ma’ l-ittri B u Z fuq karta tal-identita’? . L-ittra B kienet ingħatat lil dawk il-persuni imwielda bejn 1800 u 1899 f’Malta waqt li dawk imwielda f’Għawdex f’dawn l-istess snin kienu ingħataw l-ittra Z

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com