L-Iżlanda u Wembley Stadium: l-aktar postijiet fejn hemm tojlits

 L-Iżlanda u Wembley Stadium: l-aktar postijiet fejn hemm tojlits

Min jaf kemm -il darba nkunu barra, f’xi stabbiliment jew waqt xi attivita’ tal-massa, u jkollna bżonn li mmorru sat-tojlit. Tipprova tmur tojlit u ssib li l-ammont ta’ tojlits għal dak l-ammont ta’ nies li hemm fil-binja/ grawnd/ arena huwa veru ftit. Tispiċċa ma tinqediex u tagħmel il-ħin tal-attivita’ skomdu

Apparti minn hekk, minnbarra li huwa importanti li tojlit ikun disponibbli għal meta wieħed jiġi bżonn, huwa importanti li tojlit ikun nadif, għax jekk le, xorta ser ikollok ħafna nies li ma jagħmlux użu minnu. Sabiex jinqata’ l-ħmieġ u l-abbużi, xi kunsilli daħħlu tariffa żgħira sabiex wieħed jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet pubbliċi. Apparti minn hekk, xi stabbilimenti bdew jinkludu code illi jkun fuq l-irċevuta sabiex jassiguraw illi l-faċilitajiet tagħhom jintużaw mill-klijenti tagħhom biss, u mhux l-istabbiliment jispiċċa qisu latrina pubblika

L-importanza tat-tojlits żgur li ġie nnutat sew minn dawk li bnew u jmexxu Wembley Stadium, ġewwa Londra. Dan il-grawnd huwa magħruf illi huwa l-aktar bini illi fih wieħed jista’ isib fejn jaqdi l -bżonnijiet naturali tiegħu. Ġewwa dan il-bini, wieħed isib ammont kbir ta’ tojlits, eżattament 2618 tojlit.

Jekk Wembley Stadium ġie fuq quddiem fl-ammont ta’ tojlits li għandu fih, tajjeb li nsemmu li hemm diversi pajjiżi li jaħsbu f’nies li ma tantx jissaportu.

Fl-ewwel erba’ postijiet fejn wieħed isib l-aktar tojlits, insibu L-Iżlanda, Svizzera, New Zeeland u l-Finlandja, pajjiżi magħrufa sew għal livell għoli li għandhom. Dawn il-pajjiżi kollha għandhom bejn 40 u 56 faċilita’ kull wieħed għal kull 100 elf abitant

Warajhom jiġu l-Awstralja, Awstrija, Danimarka u n-Norveġja li kollha għandhom aktar minn 30 tojlit għal kull 100 elf persuna, li wieħed jista’ jikkonsidra li huwa ukoll ammont tajjeb.

Dawn il-pajjiżi ħaqqhom tifħir għax li pajjiż ikollu l-faċilitajiet neċessarji sabiex bniedem jinqeda juri kemm pajjiż jaħseb fl-abitanti u f’dawk it-turisti li jżuruh.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com