Majjal bil-frak tal-ħobż

 Majjal bil-frak tal-ħobż

Filmat tar-riċetta hawn

 

Wieħed mill-aktar laħam komuni li nieklu huwa l-majjal. Msajjar il-forn, stuffat jew moqli. F’din ir-riċetta nistgħu nippruvaw metodu ftit differenti, billi l-majjal insajruh miksi bil-frak tal-ħobż. Servut flimkien mal-patata u sauce tajjeb ippreparat minna stess, għandu jipprovdi ikla bnina għall-familja kollha

Ingredjenti

Bajda
Tazza frak tal-ħobżAttard & Co
2 imgħaref ġobon Parmeġġjan – Attard & Co
Bżar u melħ – Lamb Brand & Loaded Pantry
2 chops tal-majjalChurchill Master Butchers
PatataCatania & Cini Ltd
BaslaCatania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Nofs mgħarfa ħall tat-tuffeħAttard & Co
Kuċċarina mustarda DijonAttard & Co
Kuċċarina għasel – Attard & Co
Kuċċarina kemmun mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ tazza cranberries imnixxef – Lamb Brand & Loaded Pantry
Kwart ta’ tazza ġobon FetaAttard & Co
TursinCatania & Cini Ltd

Metodu

Għat-Taħlita

1) Fi skutella ofsoq il-bajda, u ħabbatha sew bil-furketta
2) Ferra l-bajda mħabbta f’turtiera jew platt ftit kbir, u żid il-frak tal-ħobż
3) Żid il-ġobon Parmeġġjan u ftit bżar u melħ skont kemm tiggosta

Għall-majjal

1) Fuq platt, poġġi l-biċċiet tal-majjal u ferrex il-melħ u l-bżar fuq iż-żewġ naħat tal-laħam
2) Għaddi l-biċċiet tal-majjal mit-taħlita u ara li jkunu nksew sew minn kullimkien
3) Sajjar f’taġen għal madwar 10 minuti, sakemm tara li l-majjal ħa kulur dehebi

Għall-Patata

1) Qaxxar il-patata u qattagħha f’biċċiet żgħar
2) Ferrex f’dixx miksi b’karta tal-forn, u żid magħha il-basla mqatta’ u ferrex ftit żejt taż-żebbuġa, melħ u bżar
3) Sajjar fil-forn f’tempertaura ta’ 200 Grad Celcius għal 20 minuta

L-aħħar ftit

1) F’bieqja itfa’ l-ħall, mustarda, għasel, kemmun u 2 imgħaref żejt taż-żebbuġa u ħallat sew
2) F’bieqja separata ipprepara l-cranberries, ġobon feta u ftit tursin imqatta’, u ħallat dawn l-affarijiet mal-patata li tkun għadha kemm saret
3) Servi l-laħam u l-patata u ferrex is-sauce tal-mustarda li tkun ippreparajt

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com