Majjal bil-kari

 Majjal bil-kari

Filmat tar-riċetta hawn

Biċċa majjal tajba tinżel għasel ma’ ħafna nies. Imma kemm se ddum dejjem tagħmel il-majjal moqli, stuffat jew fil-forn? F’din ir-riċetta se nsajru l-majjal bi ftit differenza. Majjal bil-kari u cashew nuts, servut mar-ross. Riċetta li m’għandiex teħodlok aktar minn ftit minuti biex tippreparaha u ssajraha

Ingredjenti

Bżaru aħdarCatania & Cini Ltd
Bżaru aħmarCatania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
300 gramma majjal imqatta’ f’biċċiet kubi- Churchill Master Butchers
BaslaCatania & Cini Ltd
400 milliltru ħalib tal-ġewż tal-indiAttard & Co
3 imgħaref curry paste aħmarAttard & Co
200 gramma cashew nutsLamb brand & Loaded Pantry
200 gramma ross Basmati

Metodu

1) Qatta’ l-bżar tal-kulur f’biċċiet żgħar
2) F’taġen, itfa’ ftit żejt taż-żebbuġa u l-biċċiet tal-majjal
3) Żid il-basla mqatta’ f’biċċiet żgħar u magħhom żid il-biċċiet tal-bżar
4) Żid il-ħalib tal-ġewż tal-indi
5) F’bieqja itfa’ l-curry paste, ħawwad sew u itfgħu fit-taġen u ħawwad
6) Żid il-cashew nuts
7) Servi mar-ross li tkun għallejt f’borma separata

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com