Merluzz bl-ispinaċi servut mar-ross

 Merluzz bl-ispinaċi servut mar-ross

Il-filmat tar-riċetta hawn

Riċetta sempliċi. Differenti u li ma tieħux ħafna ħin sabiex tippreparaha. Dan itik l-opportunita li tagħmel din ir-riċetta anki jekk m’għandekx ħafna ħin fuq idejk. Ħut, f’dan il-każ merluzz, bl-ispinaċi u servut mar-ross bil-kari

Ingredjenti għall-merluzz

Kuċċarina kariLamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina turmericLamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina sweet paprikaLamb brand & Loaded Pantry
Niskata kemmunLamb brand & Loaded Pantry
250 gramma merluzz Catania Fisheries
Żewġ imgħaref żejt taż-żebbuġaAttard & Co
2 sinniet tewm Catania & Cini Ltd
Ġinġer maħkuk – Catania & Cini Ltd
Basla imqatta’ rqiq – Catania & Cini Ltd
400 millilitru ħalib tal-ġewż tal-indiAttard & Co
100 gramma spinaċi frisk – Catania & Cini Ltd

Ingredjenti għar-ross

200 gramma ross Tajlandiż – Attard & Co

Metodu tal-merluzz

1) F’bieqja kbira itfa’ l-kari, sweet paprika, kemmun u turmeric u ħawwad sew
2) Qatta’ l-merluzz f’biċiet żgħar u għaddi l-biċċiet tal-merluzz mat-taħlita tal-ħwawar
3) Qatta’ t-tewm u l-ġinġer u żidhom mat-taħlita tal-merluzz
4) F’taġen bi żejt taż-żebbuġa, qalli l-basla
5) Żid il-ħalib tal-ġewż tal-indi
6) Żid il-merluzz u l-ispinaċi
7) Ħawwad sew u ara li l-meruzz ikun sar

Metodu tar-ross

1) Sajjar ir-ross skont -istruzzjonijiet tl-pakkett

Aqleb ir-ross fil-platt u ferrex il-biċċiet tal-merluzz

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com