M’għandekx terġa’ tmiss kafè ma’ ħalqek wara dan il-ħin!
Iva nafu, tazza kafè sħuna tinżillek għasel kull ħin tal-ġurnata, iżda jekk tixtieq torqod trankwill u fit-tul, mela għandek tikkontrolla l-ħinijiet li fih tixorbu.
Infatti, esperti jirrakkomandaw li dak li jkun għandu jixrob l-aħħar tazza kafè bejn sitt u tmien sigħat qabel ma jmur jorqod. Jiġifieri jekk inti tipikament tmur torqod fl-10pm, l-aħħar tazza kafè tal-ġurnata għandek toħodha bejn is-2pm u l-4pm. Ir-raġuni ewlenija wara dan huwa li l-kafè jieħu bejn sitt u tmien sigħat biex jiġi pproċessat mill-ġisem.
Il-kafè huwa meqjus bħala xarba li tistimola l-ġisem u jibbloka l-adenosine, il-kimika li ġġiegħlek tħossok għajjien. Madanakollu, filwaqt li jgħinek tibqa’ mqajjem, ma jgħatikx l-istess benefiċċji ristorattivi li jagħtik l-irqad. Allura, meta tixorbu tard wisq tista’ tispiċċa tħossok bħal qisek ma tistax tistrieħ, u f’ċerti każi jista’ jnaqqaslek l-irqad b’madwar siegħa.
Jekk tixtieq issib metodu ieħor kif tagħti spinta lill-enerġija tiegħek wara nofsinhar tista’ tmur xi mixja, tixrob l-ilma jew tieħu power nap biex tħossok aħjar mingħajr ma tiddisturba l-irqad aktar tard.
Meta tinkorpora pawżiet regolari fil-ġurnata tiegħek tkun qed tgħin sabiex issostni l-enerġija tiegħek u tiffoka mingħajr il-bżonn li tikkonsma l-kafeina.