Minkejja l-età, qed tikser ir-rekords!
Għandha ’l fuq minn 80 sena, imma, kif jgħid il-Malti, għadha tferfer. U kif!
Minkejja l-età, Annie Judis għandha Guinness World Record li ta’ 80 sena u 244 ġurnata għamlet plank ta’ iktar minn erba’ minuti. Ftit snin ilu kellha Guinness World Record ieħor bħala l-iktar mara anzjana li kkompetiet fil-qbiż tal-ħabel.
“I couldn’t believe it. I was in shock. Another record?”
Annie ma rrealizzatx li kienet daqshekk f’saħħitha u attiva sakemm bdiet ittella’ xi kontenut fuq Instagram. Kien hemm min kien xettiku u saħansitra talabha ċ-ċertifikat tat-twelid biex jikkonferma l-età.
“Everybody was telling me I look great. I couldn’t believe it!”
Il-kumplimenti jimmotivawha biex tkompli għaddejja. Għal Annie, messaġġ li tgħaddi lil ħaddieħor huwa li kulħadd irid jibqa’ jċaqlaq lil ġismu.
“I’m blessed that I live at this age with no pain. For me it’s a miracle.”
Hija tgħaddi lil żewġha, Jim, u hu arah jimmotivaha ħalli tibqa’ sejra. Ix-xwejħa tħoss li iktar ma kibret iktar saret b’saħħitha u mimlija enerġija. Hija tħossha verament ferħana b’li kisbet!
“I think age is just some number. You’ll be surprised what people can do in their eigthys now.”
Minn qalbna nawgurawlha u nappellawlkom biex tieħdu l-eżempju ta’ Annie u, fil-limitazzjonijiet tagħkom, iżżommu ruħkom attivi, minkejja l-età.